+Artikolu 104 It-tfassil►C4tar-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza◄
---+Artikolu 104 1.
---+Artikolu 104 2.
---+Artikolu 104 3.
---+Artikolu 104 4.
---+Artikolu 104 5.
---+Artikolu 104 6.
---+Artikolu 104 7.
|
Artikolu 104 It-tfassil►C4tar-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza◄
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 104 1.
|
►C4
Ir-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza ◄ għandu jinkludi moduli ta’ riskju individwali, li huma aggregati skont il-punt 1 tal-Anness IV.
Għandu jikkonsisti mill-inqas mill-moduli ta’ riskju li ġejjin:
(a)
riskju ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja;
(b)
riskju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja;
(ċ)
riskju ta’ assigurazzjoni tas-saħħa;
(e)
riskju ta’ inadempjenza tal-kontroparti.
|
|
Artikolu 104 2.
|
Għall-finijiet tal-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1, l-operazzjonijiet tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandhom jiġu allokati lill-modulu ta’ riskju ta’ assigurazzjoni li l-aħjar jirrifletti n-natura teknika tar-riskji sottostanti.
|
|
Artikolu 104 3.
|
Il-koeffiċjenti ta’ korrelazzjoni għall-aggregazzjoni tal-moduli tar-riskju msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll il-kalibrar tar-rekwiżiti kapitali għal kull modulu ta’ riskju, għandhom jirriżultaw
►C4
fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ kumplessiv li jikkonforma mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 101.
|
|
Artikolu 104 4.
|
Kull wieħed mill-moduli ta’ riskju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi kkalibrat bl-użu ta’ miżura ta’ Valur mar-Riskju, b’livell ta’ kunfidenza ta’ 99,5 %, fuq perjodu ta’ sena.
Fejn xieraq, l-effetti ta’ diversifikazzjoni għandhom jitqiesu fit-tfassil ta’ kull modulu ta’ riskju.
|
|
Artikolu 104 5.
|
L-istess tfassil u speċifikazzjonijiet għall-moduli ta’ riskju għandhom jintużaw għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kollha, kemm fir-rigward
►C4
tar-Rekwiżit Kapitali Bażiku tas-Solvenza ◄ kif ukoll għal kwalunkwe kalkolu simplifikat kif stipulat fl-Artikolu 109.
|
|
Artikolu 104 6.
|
Fir-rigward ta’ riskji minn katastrofi, jistgħu jintużaw, meta xieraq, speċifikazzjonijiet ġeografiċi għall-kalkolu tal-moduli tar-riskju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, mhux tal-ħajja u tas-saħħa.
|
|
Artikolu 104 7.
|
Suġġett għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu, fl-istruttura tal-formula standard, jissostitwixxu subsett tal-parametri tagħha b’parametri speċifiċi għall-impriża kkonċernata meta jkunu qed jikkalkolaw il-modulu tar-riskju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, mhux tal-ħajja u tas-saħħa.
Parametri bħal dawn għandhom jiġu kkalibrati fuq il-bażi tad-data interna għall-impriża kkonċernata, jew ta’ data li hija direttament rilevanti għall-operazzjonijiet ta’ dik l-impriża li qed tuża metodi standardizzati.
Meta tkun qed tingħata l-approvazzjoni superviżorja, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jivverifikaw il-kompletezza, il-preċiżjoni u kemm hi xierqa d-data użata.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|