Suġġett għall-approvazzjoni mill-awtoritajiet superviżorji, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu, fl-istruttura tal-formula standard, jissostitwixxu subsett tal-parametri tagħha b’parametri speċifiċi għall-impriża kkonċernata meta jkunu qed jikkalkolaw il-modulu tar-riskju ta’ assigurazzjoni tal-ħajja, mhux tal-ħajja u tas-saħħa.
Parametri bħal dawn għandhom jiġu kkalibrati fuq il-bażi tad-data interna għall-impriża kkonċernata, jew ta’ data li hija direttament rilevanti għall-operazzjonijiet ta’ dik l-impriża li qed tuża metodi standardizzati.
Meta tkun qed tingħata l-approvazzjoni superviżorja, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jivverifikaw il-kompletezza, il-preċiżjoni u kemm hi xierqa d-data użata.