|
+Artikolu 108 L-aġġustament għall-kapaċità tal-assorbiment tat-telf tad-dispożizzjonijiet tekniċi u t-taxxi differiti |
Artikolu 108 L-aġġustament għall-kapaċità tal-assorbiment tat-telf tad-dispożizzjonijiet tekniċi u t-taxxi differitiArtikolu 108 L-aġġustament għall-kapaċità tal-assorbiment tat-telf tad-dispożizzjonijiet tekniċi u t-taxxi differiti L-aġġustament imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 103 għal kapaċità tal-assorbiment tat-telf tad-dispożizzjonijiet tekniċi u tat-taxxi differiti għandu jirrifletti l-kumpens potenzjali għat-telf mhux mistenni permezz ta’ tnaqqis simultanju fid-dispożizzjonijiet tekniċi jew fit-taxxi differiti jew kombinazzjoni tat-tnejn. Dak l-aġġustament għandu jieħu kont tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju pprovdut mill-benefiċċji diskrezzjonarji futuri ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, sakemm l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jkunu jistgħu jistabbilixxu li tnaqqis f’tali benefiċċji jistgħu jintużaw biex ikopru telf mhux mistenni meta jkun il-każ. L-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju pprovdut mill-benefiċċji diskrezzjonarji futuri ma għandux ikun ogħla mit-total tad-dispożizzjonijiet tekniċi u t-taxxi differiti fir-rigward ta’ dawk il-benefiċċji diskrezzjonarji futuri. Għall-fini tat-tieni paragrafu, il-valur tal-benefiċċji diskrezzjonarji futuri f’ċirkostanzi avversi għandu jiġi kkumparat mal-valur ta’ tali benefiċċji skont is-suppożizzjonijiet sottostanti tal-kalkolu bl-aqwa stima. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|