+Artikolu 109a Kontributi tekniċi armonizzati għall-formola standard
---+Artikolu 109a 1.
---+Artikolu 109a 2.
---+Artikolu 109a 3.
---+Artikolu 109a 4.
---+Artikolu 109a 5.

Artikolu 109a Kontributi tekniċi armonizzati għall-formola standard

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 109a 1.
Għall-finijiet tal-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza skont il-formula standard, l-ASE permezz tal-Kumitat Konġunt għandhom jiżviluppaw abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar l-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu ta' istituzzjonijiet esterni tal-valutazzjoni tal-kreditu (ECAIs) sa skala oġġettiva tal-passi tal-kwalità tal-kreditu li tapplika l-passi speċifikati skont l-Artikolu 111(1)(n).

Il-Kumitat Konġunt tal-ESA għandu jissottometti dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2015.

Qed tiġi kkonferita s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 109a 2.

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu u għall-finijiet li jiffaċilitaw il-kalkolu tal-modulu tar-riskju tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 105(5), li jiffaċilitaw il-kalkolu tal-modulu ta' riskju tal-inadempjenza tal-kontroparti kif imsemmi fl-Artikolu 105(6), li jivvalutaw it-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju msemmijin fl-Artikolu 101(5) u li jikkalkolaw il-provvedimenti tekniċi, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar:

(a) 

listi ta' gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali, li l-iskoperturi għalihom għandhom ikunu trattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali tal-ġurisdizzjoni li fiha jkunu stabbiliti, sakemm ma jkun hemm l-ebda differenza fir-riskju bejn tali skoperturi minħabba li dawk tal-ewwel jkollhom setgħat speċifiċi li jżidu d-dħul, u jkunu jeżistu arranġamenti istituzzjonali speċifiċi li jkollhom l-effett li jnaqqsu r-riskju ta' inadempjenza;

(b) 

l-indiċi ta' ekwità msemmi fl-Artikolu 106(2), skont il-kriterji dettaljati stabbiliti skont l-Artikolu 111(1)(c) u (o);

(c) 

l-aġġustamenti li għandhom isiru għall-valuta marbuta mal-euro fis-submodolu tar-riskju tal-valuta msemmi fl-Artikolu 105(5), skont il-kriterji dettaljati għall-aġġustamenti għal valuti marbutin mal-euro għall-iskop tal-faċilitazzjoni tal-kalkolu tas-sottomodulu tar-riskju tal-valuta, kif stabbilit taħt l-Artikolu 111(1)(p).

L-AEAPX għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2015.

Għandha tiġi kkonferita s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 109a 3.
L-AEAPX għandha tippubblika informazzjoni teknika li tinkludi infomazzjoni dwar l-aġġustament simetriku msemmi fl-Artikolu 106 għall-inqas fuq bażi trimestrali.
Artikolu 109a 4.
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu u għall-fini li jkun iffaċilitat il-kalkolu tas-saħħa tal-modulu tas-sottoskrizzjoni tar-riskju msemmi fl-Artikolu 105(4), l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-kalkoli pprovduti mill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri kkonċernati, dwar devjazzjonijiet standard fir-rigward ta' miżuri leġislattivi nazzjonali speċifiċi li jippermettu l-qsim ta' pagamenti ta' klejms fir-rigward tar-riskju tas-saħħa fost l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u li jissodisfaw il-kriterji fil-paragrafu 5 u kull kriterju addizzjonali stabbilit mill-att delegat.

L-AEAPX għandha tissottometti dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2015.

Qed tiġi kkonferita s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 109a 5.

L-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandhom japplikaw biss għall-miżuri leġislattivi nazzjonali tal-Istati Membri li jippermettu l-qsim tal-pagamenti tal-klejms fir-rigward tar-riskju tas-saħħa fost l-impriżi tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni u li jissodisfaw dawn il-kriterji li ġejjin:

(a) 

il-mekkaniżmu għall-qsim ta' pretensjonijiet ikun trasparenti u speċifikat bis-sħiħ qabel il-perjodu annwali li japplika għalih;

(b) 

il-mekkaniżmu għall-qsim ta' pretensjonijiet, l-għadd ta' impriżi tal-assigurazzjoni li jieħdu sehem fis-sistema ta' ugwalizzazzjoni tar-riskju tas-saħħa (HRES) u l-karatteristiki tar-riskju tan-negozju suġġett għall-HRES jiżguraw li għal kull impriża li tieħu sehem fl-HRES il-volatilità tat-telf annwali tan-negozju suġġett għall-HRES titnaqqas b'mod sinifikanti permezz tal-HRES, kemm fir-rigward tal-primjum kif ukoll tar-riskju tar-riserva;

(c) 

l-assigurazzjoni tas-saħħa suġġetta għall-HRES hija obbligatorja u sservi bħala alternattiva parzjali jew sħiħa għall-kopertura tas-saħħa mogħtija mis-sistema statutorja tas-sigurtà soċjali;

(d) 

fil-każ ta' inadempjenza tal-impriżi tal-assigurazzjoni li jieħdu sehem fl-HRES, gvern wieħed jew aktar tal-Istati Membri jiggarantixxu li jissodisfaw il-klejms tad-detentur tal-polza tan-negozju tal-assigurazzjoni li huwa suġġett għall-HRES.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jistabbilixxu l-kriterji addizzjonali li l-arranġamenti tal-miżuri leġislattivi nazzjonali għandhom jissodisfaw, u l-metodoloġija u r-rekwiżiti għall-kalkolu tad-devjazzjonijiet standard imsemmjia fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.