+Artikolu 111 Atti delegati u standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw l-Artikoli 103 sa 109
---+Artikolu 111 1.
---+Artikolu 111 2.
---+Artikolu 111 3.
---+Artikolu 111 4.

Artikolu 111 Atti delegati u standards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw l-Artikoli 103 sa 109

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 111 1.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jipprovdu dan li ġej:

(a) 

formula standard konformi mal-Artikoli 101 u 103 sa 109;

(b) 

kwalunkwe submodulu meħtieġ jew li jkopri b'iżjed preċiżjoni r-riskji li jaqgħu taħt il-moduli tar-riskji rispettivi msemmija fl-Artikolu 104 kif ukoll kwalunkwe aġġornament sussegwenti;

(c) 

il-metodu, is-suppożizzjonijiet, u l-parametri standard li għandhom jiġu kkalibrati għall-livell ta' fiduċja msemmi fl-Artikolu 101(3) u li għandhom jintużaw, meta jiġi kkalkolat kull wieħed mill-moduli jew submoduli tar-riskju tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza Bażiku stipulat fl-Artikoli 104, 105 u 304, il-mekkaniżmu ta' aġġustament simetriku u l-perjodu xieraq ta' żmien, espress f'għadd ta' xhur, kif spjegat fl-Artikolu 106, u l-approċċ xieraq biex jiġi integrat il-metodu msemmi fl-Artikolu 304 fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza kif ikkalkulat skont il-formula standard;

(d) 

il-parametri ta' korrelazzjoni, inklużi, jekk ikun meħtieġ, dawk stabbiliti fl-Anness IV, u l-proċeduri għall-aġġornament ta' dawk il-parametri;

(e) 

fejn l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jużaw tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju, il-metodi u s-suppożizzjonijiet li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-bidliet fil-profil tar-riskju tal-impriża kkonċernata u sabiex jiġi aġġustat il-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;

(f) 

il-kriterji kwalitattivi li t-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju msemmija fil-punt (e) għandhom jissodisfaw sabiex jiġi żgurat li r-riskju jkun effettivament ġie ttrasferit lil parti terza,

(fa) 

il-metodi u l-parametri li għandhom jintużaw meta jiġi vvalutat ir-rekwiżit kapitali għal riskju ta' inadempjenza tal-kontraparti fil-każ ta' skoperturi għal kontrapartijiet ċentrali awtorizzati, liema parametri jiżguraw konsistenza mat-trattament ta' tali skoperturi fil-każ tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(1) u (26) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(g) 

il-metodi u l-parametri li għandhom jintużaw fil-valutazzjoni tar-rekwiżit kapitali għar-riskju operazzjonali stipulat fl-Artikolu 107, inkluż il-perċentwali msemmi fl-Artikolu 107(3);

(h) 

il-metodi u l-aġġustamenti li għandhom jintużaw biex jiġi rifless l-iskop imnaqqas għad-diversifikazzjoni tar-riskju tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni b'rabta mal-fondi li jkunu “ring-fenced”;

(i) 

il-metodu li għandu jintuża fil-kalkolu tal-aġġustament għall-kapaċità tal-assorbiment tat-telf tad-dispożizzjonijiet tekniċi jew taxxi differiti, kif stipulat fl-Artikolu 108;

(j) 

is-subsett tal-parametri standard fil-moduli tar-riskju tas-sottoskrizzjoni tal-ħajja, mhux tal-ħajja u s-saħħa li jistgħu jinbidlu b'parametri speċifiċi tas-sottoskrizzjoni kif stabilit fl-Artikolu 104(7);

(k) 

il-metodi standardizzati li għandhom jintużaw mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għall-kalkolu tal-parametri speċifiċi tas-sottoskrizzjoni msemmija fil-punt (j), u kwalunkwe kriterju li jirrigwarda l-kompletezza, il-preċiżjoni, u l-adattezza tad-data użata li għandu jintlaħaq qabel ma tingħata l-approvazzjoni superviżorja flimkien mal-proċedura li għandha tiġi segwita għal approvazzjoni bħal din;

(l) 

il-kalkoli simplifikati previsti għal sottomoduli speċifiċi u moduli tar-riskju, kif ukoll il-kriterji li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, inklużi l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni captive, għandhom jissodisfaw sabiex ikunu intitolati li jużaw kull waħda minn dawk is-simplifikazzjonijiet, kif stabbilit fl-Artikolu 109;

(m) 

l-approċċ li għandu jintuża fir-rigward tal-impriżi relatati fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 212 fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, b'mod parikolari l-kalkolu tas-sottomodulu tar-riskju ta' ekwità msemmi fl-Artikolu 105(5), b'kunsiderazzjoni tat-tnaqqis probabbli fil-volatilità tal-valur ta' dawk l-impriżi relatati li joriġinaw min-natura strateġika ta' dawk l-investimenti u l-influwenza eżerċitata mill-impriża parteċipanti fuq dawk l-impriżi relatati.

(n) 

kif għandhom jintużaw il-valutazzjonijiet tal-kreditu estern mill-ECAIs fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza skont il-formola standard u l-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu sa skala ta' passi ta' kwalità tal-kreditu msemmija fl-Artikolu 109a(1) li għandhom ikunu konsistenti mal-użu tal-valutazzjonijiet tal-kreditu esterni mill-ECAIs fil-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għal istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u istituzzjonijiet finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 4(1)(26) ta' dak ir-Regolament;

(o) 

il-kriterji dettaljati għall-indiċi ta' ekwità msemmija fl-Artikolu 109a(2)(c);

(p) 

il-kriterji dettaljati għall-aġġustamenti għall-valuti marbuta mal-euro bl-għan li jkun iffaċilitat il-kalkolu tas-sottomodulu tar-riskju tal-valuta msemmi fl-Artikolu 109a(2)(d);

(q) 

il-kundizzjonijiet għall-kategorizzazzjoni tal-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali msemmija fl-Artikolu 109a(2)(a);

Artikolu 111 2.
Sabiex tiżgura kundizzjonijiet ta' applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri għall-approvazzjoni superviżorja biex jintużaw parametri speċifiċi għall-impriżi kif imsemmi fil-punt (k) tal-paragrafu 1.

L-AEAPX għandha tippreżenta dan l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2014.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 111 3.
Sal-31 ta' Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni tal-adegwatezza tal-metodi, is-suppożizzjonijiet, u l-parametri standard li għandhom jintużaw fil-kalkolu tal-formola standard tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza. Hi għandha, b'mod partikolari, tqis il-prestazzjoni ta' kull klassi tal-assi u strumenti finanzjarji, l-imġiba tal-investituri f'dawk l-assi u strumenti finanzjarji kif ukoll l-iżviluppi fl-istabbiliment ta' standard internazzjonali fis-servizzi finanzjarji. Ir-rieżami ta' ċerti klassijiet ta' assi jista' jiġi prijoratizzat. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jkun, fejn ikun xieraq, akkumpanjat minn proposti għall-emendar ta' din id-Direttiva, jew ta' atti delegati jew ta' implimentazzjoni adottati skont din id-Direttiva.
Artikolu 111 4.
Sabiex tiżgura armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, l-AEAPX għandha, bla ħsara għall-Artikolu 301b, tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex jiġu speċifikati limiti kwantitattivi u kriterji tal-eliġibilità tal-assi fejn dawk ir-riskji mhumiex koperti adegwatament minn sottomodulu.

Għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Dawk l-istandards tekniċi regolatorji għandhom japplikaw għal assi li jkopru provvedimenti tekniċi, minbarra l-assi miżmuma fir-rigward ta' kuntratti ta' assigurazzjoni tal-ħajja fejn ir-riskju ta' investiment jaqa' fuq id-detenturi tal-polza. Huma għandhom jiġu riveduti mill-Kummisjoni fid-dawl ta' żviluppi fil-formola standard u s-swieq finanzjarji.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.