|
+Artikolu 111 1. |
Artikolu 111 1.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jipprovdu dan li ġej:
(a)
formula standard konformi mal-Artikoli 101 u 103 sa 109;
(b)
kwalunkwe submodulu meħtieġ jew li jkopri b'iżjed preċiżjoni r-riskji li jaqgħu taħt il-moduli tar-riskji rispettivi msemmija fl-Artikolu 104 kif ukoll kwalunkwe aġġornament sussegwenti;
(c)
il-metodu, is-suppożizzjonijiet, u l-parametri standard li għandhom jiġu kkalibrati għall-livell ta' fiduċja msemmi fl-Artikolu 101(3) u li għandhom jintużaw, meta jiġi kkalkolat kull wieħed mill-moduli jew submoduli tar-riskju tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza Bażiku stipulat fl-Artikoli 104, 105 u 304, il-mekkaniżmu ta' aġġustament simetriku u l-perjodu xieraq ta' żmien, espress f'għadd ta' xhur, kif spjegat fl-Artikolu 106, u l-approċċ xieraq biex jiġi integrat il-metodu msemmi fl-Artikolu 304 fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza kif ikkalkulat skont il-formula standard;
(d)
il-parametri ta' korrelazzjoni, inklużi, jekk ikun meħtieġ, dawk stabbiliti fl-Anness IV, u l-proċeduri għall-aġġornament ta' dawk il-parametri;
(e)
fejn l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jużaw tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju, il-metodi u s-suppożizzjonijiet li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-bidliet fil-profil tar-riskju tal-impriża kkonċernata u sabiex jiġi aġġustat il-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza;
(f)
il-kriterji kwalitattivi li t-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju msemmija fil-punt (e) għandhom jissodisfaw sabiex jiġi żgurat li r-riskju jkun effettivament ġie ttrasferit lil parti terza,
(fa)
il-metodi u l-parametri li għandhom jintużaw meta jiġi vvalutat ir-rekwiżit kapitali għal riskju ta' inadempjenza tal-kontraparti fil-każ ta' skoperturi għal kontrapartijiet ċentrali awtorizzati, liema parametri jiżguraw konsistenza mat-trattament ta' tali skoperturi fil-każ tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(1) u (26) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(g)
il-metodi u l-parametri li għandhom jintużaw fil-valutazzjoni tar-rekwiżit kapitali għar-riskju operazzjonali stipulat fl-Artikolu 107, inkluż il-perċentwali msemmi fl-Artikolu 107(3);
(h)
il-metodi u l-aġġustamenti li għandhom jintużaw biex jiġi rifless l-iskop imnaqqas għad-diversifikazzjoni tar-riskju tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni b'rabta mal-fondi li jkunu “ring-fenced”;
(i)
il-metodu li għandu jintuża fil-kalkolu tal-aġġustament għall-kapaċità tal-assorbiment tat-telf tad-dispożizzjonijiet tekniċi jew taxxi differiti, kif stipulat fl-Artikolu 108;
(j)
is-subsett tal-parametri standard fil-moduli tar-riskju tas-sottoskrizzjoni tal-ħajja, mhux tal-ħajja u s-saħħa li jistgħu jinbidlu b'parametri speċifiċi tas-sottoskrizzjoni kif stabilit fl-Artikolu 104(7);
(k)
il-metodi standardizzati li għandhom jintużaw mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għall-kalkolu tal-parametri speċifiċi tas-sottoskrizzjoni msemmija fil-punt (j), u kwalunkwe kriterju li jirrigwarda l-kompletezza, il-preċiżjoni, u l-adattezza tad-data użata li għandu jintlaħaq qabel ma tingħata l-approvazzjoni superviżorja flimkien mal-proċedura li għandha tiġi segwita għal approvazzjoni bħal din;
(l)
il-kalkoli simplifikati previsti għal sottomoduli speċifiċi u moduli tar-riskju, kif ukoll il-kriterji li l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, inklużi l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni captive, għandhom jissodisfaw sabiex ikunu intitolati li jużaw kull waħda minn dawk is-simplifikazzjonijiet, kif stabbilit fl-Artikolu 109;
(m)
l-approċċ li għandu jintuża fir-rigward tal-impriżi relatati fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 212 fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza, b'mod parikolari l-kalkolu tas-sottomodulu tar-riskju ta' ekwità msemmi fl-Artikolu 105(5), b'kunsiderazzjoni tat-tnaqqis probabbli fil-volatilità tal-valur ta' dawk l-impriżi relatati li joriġinaw min-natura strateġika ta' dawk l-investimenti u l-influwenza eżerċitata mill-impriża parteċipanti fuq dawk l-impriżi relatati.
(n)
kif għandhom jintużaw il-valutazzjonijiet tal-kreditu estern mill-ECAIs fil-kalkolu tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza skont il-formola standard u l-allokazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-kreditu sa skala ta' passi ta' kwalità tal-kreditu msemmija fl-Artikolu 109a(1) li għandhom ikunu konsistenti mal-użu tal-valutazzjonijiet tal-kreditu esterni mill-ECAIs fil-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għal istituzzjonijiet ta' kreditu kif definiti fl-Artikolu 4(1)(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u istituzzjonijiet finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 4(1)(26) ta' dak ir-Regolament;
(o)
il-kriterji dettaljati għall-indiċi ta' ekwità msemmija fl-Artikolu 109a(2)(c);
(p)
il-kriterji dettaljati għall-aġġustamenti għall-valuti marbuta mal-euro bl-għan li jkun iffaċilitat il-kalkolu tas-sottomodulu tar-riskju tal-valuta msemmi fl-Artikolu 109a(2)(d);
(q)
il-kundizzjonijiet għall-kategorizzazzjoni tal-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali msemmija fl-Artikolu 109a(2)(a); 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|