|
+Artikolu 120 Test tal-użu |
Artikolu 120 Test tal-użuArtikolu 120 Test tal-użu L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassiurazzjoni għandhom juru li l-mudell intern huwa użat ħafna u għandu rwol importanti fis-sistema ta’ governanza tagħhom, imsemmija fl-Artikoli 41 sa 50, partikolarment:
(a)
fis-sistema ta’ ġestjoni tar-riskju kif stabbilit mill-Artikolu 44 u l-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħhom;
(b)
fil-proċessi ta’ valutazzjoni u allokazzjoni tal-kapital ►C4 tas-solvibbiltà ◄ u dak ekonomiku tagħhom, inkluża l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 45. Barra minn hekk, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom juru li l-frekwenza tal-kalkoli ►C4 tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ permezz tal-mudell intern huwa koerenti mal-frekwenza li biha jużaw il-mudell intern tagħhom għal skopijiet oħra koperti mill-ewwel paragrafu. Il-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju għandu r-responsabbiltà li jiggarantixxi l-adegwatezza kostanti tat-tfassil u t-tħaddim tal-mudell intern u li l-mudell intern ikompli jirrifletti b’mod xieraq il-profil tar-riskju tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kkonċernati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|