+Subtaqsima 3 Kapital rekwiżit ghas-solvibbiltà mudelli interni sħaħ u parzjali
---+Artikolu 112 Dispożizzjonijiet ġenerali għall-approvazzjoni tal-mudelli interni sħaħ u parzjali
------+Artikolu 112 1.
------+Artikolu 112 2.
------+Artikolu 112 3.
------+Artikolu 112 3a.
------+Artikolu 112 4.
------+Artikolu 112 5.
------+Artikolu 112 6.
------+Artikolu 112 7.
---+Artikolu 113 Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-approvazzjoni tal-mudelli interni parzjali
------+Artikolu 113 1.
------+Artikolu 113 2.
---+Artikolu 114 Atti delegati u standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-mudelli interni tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza
------+Artikolu 114 1.
------+Artikolu 114 2.
---+Artikolu 115 Politika għat-tibdil tal-mudelli interni kompluti u parzjali
---+Artikolu 116 Responsabbiltà tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji
---+Artikolu 117 Ritorn għall-formula standard
---+Artikolu 118 Nuqqas ta’ konformità mal-mudell intern
------+Artikolu 118 1.
------+Artikolu 118 2.
---+Artikolu 119 Devjazzjonijiet sinifikanti mis-suppożizzjonijiet sottostanti tal-kalkolu tal-formula standard
---+Artikolu 120 Test tal-użu
---+Artikolu 121 Standards tal-kwalità statistika
------+Artikolu 121 1.
------+Artikolu 121 2.
------+Artikolu 121 3.
------+Artikolu 121 4.
------+Artikolu 121 5.
------+Artikolu 121 6.
------+Artikolu 121 7.
------+Artikolu 121 8.
------+Artikolu 121 9.
---+Artikolu 122 Standards ta’ kalibrar
------+Artikolu 122 1.
------+Artikolu 122 2.
------+Artikolu 122 3.
------+Artikolu 122 4.
---+Artikolu 123 Attribuzzjoni ta’ profitti u telf
---+Artikolu 124 Standards ta’ validazzjoni
---+Artikolu 125 Standards tad-dokumentazzjoni
---+Artikolu 126 Mudelli u data esterni
---+Artikolu 127 Atti delegati dwar l-Artikoli 120 sa 126
|
Subtaqsima 3 Kapital rekwiżit ghas-solvibbiltà mudelli interni sħaħ u parzjali
Subtaqsima 3 Kapital rekwiżit ghas-solvibbiltà mudelli interni sħaħ u parzjali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 112 Dispożizzjonijiet ġenerali għall-approvazzjoni tal-mudelli interni sħaħ u parzjali
|
|
|
Artikolu 113 Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-approvazzjoni tal-mudelli interni parzjali
|
|
|
Artikolu 114 Atti delegati u standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-mudelli interni tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza
|
|
|
Artikolu 115 Politika għat-tibdil tal-mudelli interni kompluti u parzjali
|
Artikolu 115
Politika għat-tibdil tal-mudelli interni kompluti u parzjali
Fl-ambitu tal-proċess ta’ approvazzjoni inizjali ta’ mudell intern, l-awtoritajiet superviżorji għandhom japprovaw il-politika għat-tibdil tal-mudell tal-impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni. L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jibdlu l-mudell intern tagħhom skont dik il-politika.
Il-politika għandha tinkludi speċifikazzjoni tal-bidliet minuri u dawk rilevanti li jistgħu jsiru lill-mudell intern.
Il-bidliet kbar fil-mudell intern, kif ukoll il-bidliet f’dik il-politika, huma dejjem suġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità superviżorja, kif stabbilit mill-Artikolu 112.
Il-bidliet minuri fil-mudell intern mhumiex suġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità superviżorja sakemm ikunu żviluppati skont dik il-politika.
|
|
Artikolu 116 Responsabbiltà tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji
|
Artikolu 116
Responsabbiltà tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji
Il-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom japprovaw l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-mudell intern imressqa lill-awtoritajiet superviżorji kif imsemmi fl-Artikolu 112 kif ukoll l-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ bidliet rilevanti eventwali sussegwentement magħmula lil dak il-mudell.
Il-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju għandu jkollu r-responsabbiltà li jistabbilixxi sistemi li jiggarantixxu li l-mudell intern jopera b’mod xieraq fuq bażi kontinwa.
|
|
Artikolu 117 Ritorn għall-formula standard
|
Artikolu 117
Ritorn għall-formula standard
Wara li tkun waslitilhom l-approvazzjoni skont l-Artikolu 112, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ma għandhomx jerġgħu lura għall-kalkolu
►C4
tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ sħiħ jew ta’ kwalunkwe parti minnu skont il-formula standard, kif stabbilit mis-Subtaqsima 2, għajr f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u wara l-approvazzjoni tal-awtoritajiet superviżorji.
|
|
Artikolu 118 Nuqqas ta’ konformità mal-mudell intern
|
|
|
Artikolu 119 Devjazzjonijiet sinifikanti mis-suppożizzjonijiet sottostanti tal-kalkolu tal-formula standard
|
Artikolu 119
Devjazzjonijiet sinifikanti mis-suppożizzjonijiet sottostanti tal-kalkolu tal-formula standard
F’każ li ma jkunx xieraq li jiġi kkalkolat
►C4
ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ skont il-formula standard, kif stabbilit fis-Subtaqsima 2, minħabba li l-profil tar-riskju tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernati jiddevja konsiderevolment mis-suppożizzjonijiet sottostanti tal-kalkolu tal-formula standard, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu permezz ta’ deċiżjoni motivata, li jimponu lill-impriżi kkonċernati jużaw mudell intern għall-kalkolu
►C4
tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ jew il-moduli tar-riskju rilevanti ta’ dan tal-aħħar.
|
|
Artikolu 120 Test tal-użu
|
Artikolu 120
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassiurazzjoni għandhom juru li l-mudell intern huwa użat ħafna u għandu rwol importanti fis-sistema ta’ governanza tagħhom, imsemmija fl-Artikoli 41 sa 50, partikolarment:
(a)
fis-sistema ta’ ġestjoni tar-riskju kif stabbilit mill-Artikolu 44 u l-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħhom;
(b)
fil-proċessi ta’ valutazzjoni u allokazzjoni tal-kapital
►C4
tas-solvibbiltà ◄ u dak ekonomiku tagħhom, inkluża l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 45.
Barra minn hekk, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom juru li l-frekwenza tal-kalkoli
►C4
tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ permezz tal-mudell intern huwa koerenti mal-frekwenza li biha jużaw il-mudell intern tagħhom għal skopijiet oħra koperti mill-ewwel paragrafu.
Il-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju għandu r-responsabbiltà li jiggarantixxi l-adegwatezza kostanti tat-tfassil u t-tħaddim tal-mudell intern u li l-mudell intern ikompli jirrifletti b’mod xieraq il-profil tar-riskju tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kkonċernati.
|
|
Artikolu 121 Standards tal-kwalità statistika
|
|
|
Artikolu 122 Standards ta’ kalibrar
|
|
|
Artikolu 123 Attribuzzjoni ta’ profitti u telf
|
Artikolu 123
Attribuzzjoni ta’ profitti u telf
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jeżaminaw mill-ġdid talanqas darba fis-sena l-kawżi u s-sorsi tal-profitti u tat-telf għal kull settur ta’ attività ewlieni.
Dawn għandhom juru kif il-kategorizzazzjoni tar-riskju magħżula fil-mudell intern tispjega l-kawżi u s-sorsi tal-profitti u tat-telf. Il-kategorizzazzjoni tar-riskju u l-attribuzzjoni tal-profitti u tat-telf għandhom jirriflettu l-profil tar-riskju tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni.
|
|
Artikolu 124 Standards ta’ validazzjoni
|
Artikolu 124
Standards ta’ validazzjoni
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom ikollhom ċiklu regolari ta’ validazzjoni tal-mudell li jinkludi l-monitoraġġ tar-rendiment tal-mudell intern, l-eżaminar fuq bażi kontinwa tal-adegwatezza tal-ispeċifikazzjoni tiegħu u t-tqabbil tar-riżultati mal-esperjenza.
Il-proċess tal-validazzjoni tal-mudell għandu jinkludi proċess statistiku effikaċi għall-validazzjoni tal-mudell intern li jħalli lill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni juru lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom li r-rekwiżiti kapitali li rriżultaw huma xierqa.
Il-metodi statistiċi applikati għandhom jivverifikaw l-adegwatezza tal-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà mhux biss meta mqabbel mal-esperjenza rigward it-telf, iżda wkoll mad-data materjali ġdida kollha u mal-informazzjoni relatata magħhom.
Il-proċess tal-validazzjoni tal-mudell jinkludi analiżi tal-istabbiltà tal-mudell intern u partikolarment il-verifika tas-sensittività tar-riżultati tal-mudell intern għall-bidliet fis-suppożizzjonijiet sottostanti prinċipali. Din tinkludi wkoll il-valutazzjoni tal-preċiżjoni, tal-kompletezza u tal-adegwatezza tad-data użata mill-mudell intern.
|
|
Artikolu 125 Standards tad-dokumentazzjoni
|
Artikolu 125
Standards tad-dokumentazzjoni
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jiddokumentaw l-istruttura u d-dettalji operattivi tal-mudell intern.
Id-dokumentazzjoni għandha turi konformità mal-Artikoli 120 sa 124.
Id-dokumentazzjoni għandha tipprovdi deskrizzjoni dettaljata tat-teorija, tas-suppożizzjonijiet u tal-bażi matematika u empirika sottostanti tal-mudell intern.
Id-dokumentazzjoni għandha tindika ċirkostanzi eventwali li fihom il-mudell intern ma jaħdimx b’mod effikaċi.
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jiddokumentaw il-bidliet rilevanti kollha tal-mudell intern tagħhom, kif stabbilit fl-Artikolu 115.
|
|
Artikolu 126 Mudelli u data esterni
|
Artikolu 126
L-użu ta’ mudell jew data miksubin minn parti terza ma għandhomx jiġġustifikaw l-eżenzjoni minn ebda wieħed mir-rekwiżiti għall-mudell intern stabbiliti mill-Artikoli 120 sa 125.
|
|
Artikolu 127 Atti delegati dwar l-Artikoli 120 sa 126
|
Artikolu 127
Atti delegati dwar l-Artikoli 120 sa 126
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a fir-rigward tal-Artikoli 120 sa 126 biex ittejjeb il-valutazzjoni tal-profil tar-riskju u l-ġestjoni tal-attivitajiet tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, dwar l-użu ta' mudelli interni fl-Unjoni kollha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|