Ma hu preskritt ebda metodu partikolari għall-kalkolu tal-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà.
Indipendentement mill-metodu tal-kalkolu magħżul, il-kapaċità tal-mudell intern li jikklassifika r-riskju għandu jkun suffiċjenti biex jiggarantixxi li jintuża ampjament u jkollu rwol importanti fis-sistema ta’ governanza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, partikolarment fis-sistema tal-ġestjoni tar-riskju u fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u fl-allokazzjoni tal-kapital skont l-Artikolu 120.
Il-mudell intern għandu jkopri r-riskji materjali kollha li għalihom huma esposti l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. Il-mudelli interni għandhom ikopru bħala minimu r-riskji msemmija fl-Artikolu 101(4).