+Artikolu 121 Standards tal-kwalità statistika
---+Artikolu 121 1.
---+Artikolu 121 2.
---+Artikolu 121 3.
---+Artikolu 121 4.
---+Artikolu 121 5.
---+Artikolu 121 6.
---+Artikolu 121 7.
---+Artikolu 121 8.
---+Artikolu 121 9.
|
Artikolu 121 Standards tal-kwalità statistika
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 121 1.
|
Il-mudell intern, u partikolarment il-kalkolu tal-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà sottostanti, għandu jkun konformi mal-kriterji stabbiliti mill-paragrafi 2 sa 9.
|
|
Artikolu 121 2.
|
Il-metodi użati għall-kalkolu tal-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà għandhom ikunu bbażati fuq tekniċi attwarji u statistiċi xierqa, applikabbli u rilevanti u għandhom ikunu koerenti mal-metodi użati għall-kalkolu tad-dispożizzjonijiet tekniċi.
Il-metodi użati għall-kalkolu tal-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni attwali u kredibbli u fuq suppożizzjonijiet realistiċi.
Għandu jkunu possibbli li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jiġġustifikaw is-suppożizzjonijiet sottostanti tal-mudell intern tagħhom lill-awtoritajiet superviżorji.
|
|
Artikolu 121 3.
|
Id-data użata għall-mudell intern għandhom ikunu preċiżi, kompluti u xierqa.
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jaġġornaw is-sets tad-data użati fil-kalkolu tal-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà talanqas darba fis-sena.
|
|
Artikolu 121 4.
|
Ma hu preskritt ebda metodu partikolari għall-kalkolu tal-previżjoni tad-distribuzzjoni tal-probabbiltà.
Indipendentement mill-metodu tal-kalkolu magħżul, il-kapaċità tal-mudell intern li jikklassifika r-riskju għandu jkun suffiċjenti biex jiggarantixxi li jintuża ampjament u jkollu rwol importanti fis-sistema ta’ governanza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, partikolarment fis-sistema tal-ġestjoni tar-riskju u fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u fl-allokazzjoni tal-kapital skont l-Artikolu 120.
Il-mudell intern għandu jkopri r-riskji materjali kollha li għalihom huma esposti l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. Il-mudelli interni għandhom ikopru bħala minimu r-riskji msemmija fl-Artikolu 101(4).
|
|
Artikolu 121 5.
|
Għal dak li għandu x’jaqsam mal-effetti tad-diversifikazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jieħdu kont fil-mudell intern tagħhom tad-dipendenzi fi ħdan u bejniet il-kategoriji tar-riskju, bil-kondizzjoni li l-awtoritajiet superviżorji jkunu sodisfatti li s-sistema użata biex jitkejlu dawk l-effetti tad-diversifikazzjoni tkun adegwata.
|
|
Artikolu 121 6.
|
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jqisu bis-sħiħ l-effett ta’ metodi tekniċi tal-mitigazzjoni tar-riskju fil-mudell intern tagħhom sakemm dan il-mudell intern jirrifletti kif xieraq ir-riskju ta’ kreditu u riskji oħrajn li jirriżultaw mill-użu ta’ metodi tekniċi tal-mitigazzjoni tar-riskju.
|
|
Artikolu 121 7.
|
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jivvalutaw bir-reqqa fil-mudelli interni tagħhom ir-riskji partikolari marbuta mal-garanziji finanzjarji u mal-opzjonijiet kuntrattwali, meta dawn ikunu materjali. Dawn għandhom jivvalutaw ukoll ir-riskji marbuta kemm mal-opzjonijiet tat-titolari tal-poloz kif ukoll mal-opzjonijiet kuntrattwali għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni. Għal dak il-għan, għandhom iqisu l-impatt li l-bidliet tal-ġejjieni fil-kondizzjonijiet finanzjarji u mhux finanzjarji jistgħu jkollhom fuq l-eżerċizzju ta’ dawk l-opzjonijiet.
|
|
Artikolu 121 8.
|
Fil-mudell intern tagħhom, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jistgħu jieħdu kont tal-azzjonijiet futuri ta’ ġestjoni li huwa raġonevolment mistenni li jeżerċitaw f’ċirkostanzi speċifiċi.
Fil-każ imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-impriża kkonċernata għandha tieħu f’kunsiderazzjoni ż-żmien neċessarju biex timplimenta dawn l-azzjonijiet.
|
|
Artikolu 121 9.
|
Fil-mudell intern tagħhom, l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom iqisu l-pagamenti kollha li mistenni jagħmlu favur it-titolari tal-poloz u l-benefiċjarji, indipendentement mill-fatt li dawn il-pagamenti huma kuntrattwalment garantiti jew le.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|