L-awtorità superviżorja għandha teħtieġ li l-impriża kkonċernata tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tieħu l-miżuri neċessarji biex tilħaq, fi żmien sitt xhur mill-osservazzjoni tan-nuqqas ta’ konformità
►C4
mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ , l-istabbiliment mill-ġdid tal-livell ta’ fondi proprji eliġibbli li jkopru
►C4
r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ jew it-tnaqqis tal-profil tar-riskju tagħha biex tiġi żgurata l-konformità
►C4
mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ .
L-awtorità superviżorja tista’, fejn xieraq, testendi dak il-perjodu bi tliet xhur.