+Artikolu 138 Nuqqas ta’ konformità►C4mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza◄
---+Artikolu 138 1.
---+Artikolu 138 2.
---+Artikolu 138 3.
---+Artikolu 138 4.
---+Artikolu 138 5.
|
Artikolu 138 Nuqqas ta’ konformità►C4mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza◄
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 138 1.
|
L-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni għandhom jinfurmaw immedjatament lill-awtorità superviżorja hekk kif jaraw li
►C4
r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ ma jkunx għadu qed jitħares, jew meta jkun hemm riskju ta’ nuqqas ta’ konformità fit-tliet xhur sussegwenti.
|
|
Artikolu 138 2.
|
Fi żmien xahrejn mill-osservazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità
►C4
mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkonċernata għandha tissottometti pjan realistiku ta’ rkupru għall-approvazzjoni tal-awtorità superviżorja.
|
|
Artikolu 138 3.
|
L-awtorità superviżorja għandha teħtieġ li l-impriża kkonċernata tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tieħu l-miżuri neċessarji biex tilħaq, fi żmien sitt xhur mill-osservazzjoni tan-nuqqas ta’ konformità
►C4
mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ , l-istabbiliment mill-ġdid tal-livell ta’ fondi proprji eliġibbli li jkopru
►C4
r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ jew it-tnaqqis tal-profil tar-riskju tagħha biex tiġi żgurata l-konformità
►C4
mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ .
L-awtorità superviżorja tista’, fejn xieraq, testendi dak il-perjodu bi tliet xhur.
|
|
Artikolu 138 4.
|
Fil-każ ta' sitwazzjonijiet eċċezzjonali ħżiena li jaffettwaw l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jirrappreżentaw sehem sinifikanti tas-suq jew tal-linji tan-negozju affettwati, kif iddikjarat mill-AEAPX, u meta xieraq wara konsultazzjoni mal-BERS, l-awtorità superviżorja tista' testendi, għall-impriżi affettwati, il-perjodu stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 b'perjodu massimu ta'seba' snin b'kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti kollha inkluż it-tul medju tad-dispożizzjonijiet tekniċi. Mingħajr ħsara għas-setgħat tal-AEAPX skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-AEAPX għandha, wara talba mill-awtorità superviżorja konċernata, tiddikjara l-eżistenza ta' sitwazzjonijiet eċċezzjonali ħżiena fis-swieq finanzjarji. L-awtorità superviżorja konċernata tista' tagħmel talba jekk l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jirrappreżentaw sehem sinifikanti tas-suq jew tal-linji tan-negozju affettwati ma jkunux jistgħu jissodisfaw wieeħd mir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 3. Ikunu jeżistu sitwazzjonijiet eċċezzjonali ħżiena meta s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li jirrappreżentaw sehem sinifikanti tas-suq jew tal-linji tan-negozju affettwati jkunu affettwati serjament jew ħażin minn waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
waqgħa fis-swieq finanzjarji mhux prevista u drastika;
(b)
ambjent ta' rata tal-imgħax baxxa persistenti;
(c)
avveniment katastrofiku b'impatt qawwi.
L-AEAPX għandha, f'kooperazzjoni mal-awtorità superviżjorja konċernata, tivvaluta fuq bażi regolari jekk il-kundizzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu jkunux għadhom japplikaw. L-AEAPX għandha, f'kooperazzjoni mal-awtorità superviżorja konċernata, tiddikjara meta sitwazzjoni ħażina ma tkunx għadha teżisti. Kull tliet xhur, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni konċernata għandha tippreżenta rapport ta' progress lill-awtorità superviżorja tagħha li fih tispjega l-miżuri li jkunu ttieħdu u l-progress li jkun sar biex jerġa' jiġi stabbilit il-livell ta' fondi proprji eliġibbli li jkopri r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew biex jitnaqqas il-profil tar-riskju biex tiġi żgurata l-konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza. L-estensjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi rtirata meta dak ir-rapport ta' progress juri li ma kien hemm l-ebda progress sinifikanti biex jintlaħaq l-istabbiliment mill-ġdid tal-livell ta' fondi proprji eliġibbli li jkopru l-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew it-tnaqqis tal-profil tar-riskju biex tiġi żgurata l-konformità
►C4
mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ bejn id-data tal-osservazzjoni tan-nuqqas ta' konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u d-data tal-preżentazzjoni tar-rapport ta' progress.
|
|
Artikolu 138 5.
|
F’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn l-awtorità superviżorja hija tal-fehma li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża kkonċernata se tmur aktar għall-agħar, tista’ wkoll tirrestrinġi jew tipprojbixxi t-trasferiment ħieles tal-attivi ta’ dik l-impriża. Dik l-awtorità superviżorja għandha tgħarraf lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri ospitanti dwar kwalunkwe miżuri li tkun ħadet. Dawn l-awtoritajiet għandhom, fuq it-talba tal-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża, jieħdu l-istess miżuri. L-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża għandha tagħżel l-attivi li jkunu koperti b’tali miżuri.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|