|
+Artikolu 144 1. |
Artikolu 144 1.L-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha tista’ tirtira awtorizzazzjoni mogħtija lil impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fil-każijiet li ġejjin:
(a)
l-impriża kkonċernata ma tagħmilx użu mill-awtorizzazzjoni fi żmien 12-il xahar, tirrinunzjaha espressament jew ma tibqax twettaq in-negozju għal iktar minn sitt xhur, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx għamel dispożizzjoni biex l-awtorizzazzjoni taqa’ f’dawn il-każijiet;
(b)
l-impriża kkonċernata ma tissodisfax iktar il-kondizzjonijiet għal awtorizzazzjoni;
(ċ)
l-impriża kkonċernata tonqos serjament fl-obbligi tagħha taħt ir-regolamenti li għalihom hija suġġetta. L-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha għandu jirtira awtorizzazzjoni li tkun ingħatat lil impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni f’każ li l-impriża ma tikkonformax mal-Kapital Minimu Rekwiżit u l-awtorità superviżorja tikkunsidra li l-iskema finanzjarja sottomessa hija evidentement inadegwata jew, l-impriża kkonċernata tonqos milli tikkonforma mal-iskema approvata fi żmien tliet xhur mill-osservazzjoni tan-nuqqas ta’ konformità mal-Kapital Minimu Rekwiżit. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|