+Artikolu 145 Kondizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ fergħa
---+Artikolu 145 1.
---+Artikolu 145 2.
---+Artikolu 145 3.
---+Artikolu 145 4.

Artikolu 145 Kondizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ fergħa

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 145 1.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li impriża tal-assigurazzjoni li tipproponi li tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tinnotifika lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha.

Kull preżenza permanenti ta’ impriża fit-territorju ta’ Stat Membru għandha tiġi ttrattata bl-istess mod bħal fergħa, anki fejn dik il-preżenza ma jkollhiex il-forma ta’ fergħa, iżda tikkonsisti biss f’uffiċċju amministrat mill-impjegati tal-impriża proprja jew minn persuna li tkun indipendenti iżda li jkollha l-awtorità permanenti biex taġixxi għall-impriża bħal ma kienet tagħmel aġenzija.

Artikolu 145 2.

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kull impriża tal-assigurazzjoni li tipproponi li tistabbilixxi fergħa fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, tipprovdi l-informazzjoni li ġejja meta tagħti n-notifika prevista fil-paragrafu 1:

(a) 

l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tipproponi li tistabbilixxi fergħa;

(b) 

skema ta’ operazzjonijiet li tistabbilixxi, ta’ lanqas, it-tipi ta’ negozju maħsuba u l-organizzazzjoni strutturali tal-fergħa;

(ċ) 

l-isem ta’ persuna li għandha poteri suffiċjenti sabiex torbot, f’relazzjoni ma’ partijiet terzi, l-impriża tal-assigurazzjoni jew, fil-każ tal-Lloyd’s, sottofirmatarji kkonċernati, u tirrappreżentaha jew tirrappreżentahom fir-relazzjonijiet mal-awtoritajiet u l-qrati tal-Istat Membru ospitanti, (l-aġent awtorizzat);

(d) 

l-indirizz fl-Istat Membru ospitanti li minnu jistgħu jiġu ottenuti d-dokumenti u li lilu jistgħu jiġu kkunsinnati, inklużi l-komunikazzjonijiet kollha lill-aġent awtorizzat;

Fir-rigward ta’ Lloyd’s, fil-każ ta’ xi litigazzjoni fl-Istat Membru ospitanti li tirriżulta minn impenji assigurati, il-persuni assigurati ma għandhomx jiġu trattati inqas favorevolment milli kieku l-litigazzjoni kienet inġiebet kontra negozji ta’ tip konvenzjonali.

Artikolu 145 3.
Meta impriża tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja jkollha l-intenzjoni li l-fergħa tagħha tkopri riskji fil-klassi 10 tal-Parti A tal-Anness I, li ma jinkludux ir-responsabbiltà ta’ min jittrasporta, din għandha tipproduċi dikjarazzjoni li hi tkun saret membru tal-bureau nazzjonali u tal-fond nazzjonali ta’ garanzija tal-Istat Membru ospitanti.
Artikolu 145 4.
Fil-każ ta’ bidla f’xi dettalji kkomunikati taħt il-punt (b), (c) jew (d) tal-paragrafu 2, impriża tal-assigurazzjoni għandha tagħti avviż bil-miktub dwar il-bidla lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha u l-Istat Membru tal-fergħa mill-anqas xahar qabel ma ssir il-bidla sabiex l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha u l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru tal-fergħa jkunu jistgħu jissodissfaw l-obbligi rispettivi tagħhom skont l-Artikolu 146.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.