|
+Artikolu 152b 1. |
Artikolu 152b 1.L-EIOPA tista’, fil-każ ta’ tħassib ġustifikat dwar effetti negattivi fuq detenturi ta’ polza, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta’ waħda jew aktar mill-awtoritajiet superviżorji rilevanti, tistabbilixxi u tikkoordina pjattaforma ta’ kollaborazzjoni biex issaħħaħ l-iskambju ta’ informazzjoni u żżid il-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji rilevanti fejn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni twettaq, jew tkun beħsiebha twettaq, attivitajiet li huma bbażati fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew il-libertà tal-istabbiliment u fejn:
(a)
tali attivitajiet ikunu ta’ rilevanza fir-rigward tas-suq ta’ Stat Membru ospitanti;
(b)
tkun saret notifika mill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju taħt l-Artikolu 152a(2) ta’ kondizzjonijiet finanzjarji li qed jiddeterjoraw jew riskji emerġenti oħra; jew
(c)
il-kwistjoni tkun ġiet riferuta lill-EIOPA taħt l-Artikolu 152a(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|