+Artikolu 152b Pjattaformi ta’ kollaborazzjoni
---+Artikolu 152b 1.
---+Artikolu 152b 2.
---+Artikolu 152b 3.
---+Artikolu 152b 4.
|
Artikolu 152b Pjattaformi ta’ kollaborazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 152b 1.
|
L-EIOPA tista’, fil-każ ta’ tħassib ġustifikat dwar effetti negattivi fuq detenturi ta’ polza, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta’ waħda jew aktar mill-awtoritajiet superviżorji rilevanti, tistabbilixxi u tikkoordina pjattaforma ta’ kollaborazzjoni biex issaħħaħ l-iskambju ta’ informazzjoni u żżid il-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji rilevanti fejn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni twettaq, jew tkun beħsiebha twettaq, attivitajiet li huma bbażati fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew il-libertà tal-istabbiliment u fejn:
(a)
tali attivitajiet ikunu ta’ rilevanza fir-rigward tas-suq ta’ Stat Membru ospitanti;
(b)
tkun saret notifika mill-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta’ domiċilju taħt l-Artikolu 152a(2) ta’ kondizzjonijiet finanzjarji li qed jiddeterjoraw jew riskji emerġenti oħra; jew
(c)
il-kwistjoni tkun ġiet riferuta lill-EIOPA taħt l-Artikolu 152a(2).
|
|
Artikolu 152b 2.
|
Il-paragrafu 1 huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtoritajiet superviżorji rilevanti li jistabbilixxu pjattaforma ta’ kollaborazzjoni fejn dawn kollha jaqblu li jagħmlu hekk.
|
|
Artikolu 152b 3.
|
L-istabbiliment ta’ pjattaforma ta’ kollaborazzjoni skont il-paragrafi 1 u 2 huwa mingħajr preġudizzju għall-mandat superviżorju tal-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju u tal-Istat Membru ospitanti previst f’din id-Direttiva.
|
|
Artikolu 152b 4.
|
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, fuq talba mill-EIOPA, l-awtoritajiet superviżorji rilevanti għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa b’mod f’waqtu biex il-pjattaforma ta’ kollaborazzjoni tiffunzjona b’mod adatt.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|