Fejn, minkejja l-miżuri meħuda mill-Istat Membru tal-pajjiż tagħha jew peress li dawk il-miżuri rriżultaw li kienu inadegwati jew ma ttieħdux f’dak l-Istat, l-impriża tal-assigurazzjoni tippersisti fil-vjolazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ fl-Istat Membru ospitanti, l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ospitanti jistgħu, wara li jinformaw lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-impriża, jieħdu miżuri adegwati sabiex jipprevjenu jew jippenalizzaw aktar irregolaritajiet, inkluż, sa fejn huwa strettament neċessarju, il-prevenzjoni ta’ dik l-impriża milli tkompli tikkonkludi kuntratti ġodda tal-assigurazzjoni fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti.
▼M5
Barra minn hekk, l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru tad-domiċilju jew dak ospitanti tista' tirreferi l-kwistjoni lill-AEAPX u titlob l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat ikkonferiti lilha minn dak l-Artikolu.
▼B
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fit-territorji tagħhom huwa possibbli li jiġu nnotifikati d-dokumenti ġuridiċi neċessarji għal dawn il-miżuri lil impriżi tal-assigurazzjoni.