Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe armonizzazzjoni sussegwenti, kull kuntratt tal-assigurazzjoni għandu jkun suġġett esklużivament għat-taxxi indiretti u l-imposti parafiskali fuq premiums tal-assigurazzjoni fl-Istat Membru li fih ikun jinstab ir-riskju jew fl-Istat Membru tal-impenn.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, proprjetà mobbli li tinstab f’bini li jkun fit-territorju ta’ Stat Membru, ħlief għal oġġetti fi transitu kummerċjali, għandha titqies bħala riskju li jinstab f’dak l-Istat Membru, anke fejn il-bini u l-kontenut tiegħu ma jkunux koperti bl-istess polza tal-assigurazzjoni.
Fil-każ ta’ Spanja, kuntratt tal-assigurazzjoni għandu wkoll ikun suġġett għas-sovvrapiżijiet stabbiliti legalment a favur il-“Consorcio de Compensación de Seguros” Spanjol għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tiegħu li jirrelataw għall-kumpens ta’ telf li jirriżulta minn każijiet straordinarji li jseħħu f’dak l-Istat Membru.