Artikolu 159
Informazzjoni statistika dwar attivitajiet transkonfinali
Kull impriża tal-assigurazzjoni għandha tinforma lill-awtorità superviżorja kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tagħha, separatament, fir-rigward ta' tranżazzjonijiet imwettqa skont id-dritt ta' stabbiliment u dawk imwettqa skont il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, bl-ammont ta' primjums, klejms u kummissjonijiet, mingħajr tnaqqis ta' riassigurazzjoni, skont l-Istat Membru u kif ġej:
(a)
għal assigurazzjoni mhux tal-ħajja, skont il-linji tan-negozju skont l-att delegat rilevanti;
(b)
għal assigurazzjoni tal-ħajja, skont il-linji tan-negozju skont l-att delegat rilevanti.
Fir-rigward tal-klassi 10 fil-Parti A tal-Anness I, eskluża r-responsabbiltà tat-trasportatur, l-impriża konċernata għandha tinforma wkoll lill-awtorità superviżorja bil-frekwenza u l-medja tal-ispiża tal-klejms.
L-awtorità superviżorja tal-Istat Membru ta' domiċilju għandha tippreżenta l-informazzjoni msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi fi żmien raġonevoli u f'forma aggregata lill-awtoritajiet superviżorji ta' kull Stat Membru konċernat fuq talba tagħhom.