+Artikolu 164 It-trasferiment ta’ portafolli
---+Artikolu 164 1.
---+Artikolu 164 2.
---+Artikolu 164 3.
---+Artikolu 164 4.
---+Artikolu 164 5.
---+Artikolu 164 6.
|
Artikolu 164 It-trasferiment ta’ portafolli
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 164 1.
|
Skond il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw lil fergħat stabbiliti fit-territorju tagħhom u koperti b’dan il-Kapitolu biex jittrasferixxu l-portfolji tal-kuntratti kollha tagħhom, jew parti minnhom, lil impriża li tkun qed taċċetta stabbilita fl-istess Stat Membru fejn l-awtoritajiet superviżorji ta’ dak l-Istat Membru jew, fejn xieraq, tal-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 167, jiċċertifikaw li wara li jittieħed kont tat-trasferiment l-impriża li tkun qed taċċetta tippossjedi l-fondi proprji eliġibbli neċessarji li jkopru
►C4
r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ msemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 100.
|
|
Artikolu 164 2.
|
Skond il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw fergħat stabbiliti fit-territorju tagħhom u koperti b’dan il-Kapitolu biex jittrasferixxu l-portafolli kollha tagħhom, jew parti minnhom, dwar kuntratti, lil impriża tal-assigurazzjoni b’uffiċċju ewlieni fi Stat Membru ieħor fejn l-awtoritajiet superviżorji ta’ dak l-Istat Membru jiċċertifikaw li wara li t-trasferiment jiġi kkunsidrat l-impriża li tkun qed taċċetta tippossjedi l-fondi proprji eliġibbli neċessarji li jkopru
►C4
r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ msemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 100.
|
|
Artikolu 164 3.
|
Fejn skont il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali Stat Membru jawtorizza fergħat stabbiliti fit-territorju tiegħu u koperti b’dan il-Kapitolu biex jitrasferixxu l-portafolli kollha tagħhom, jew parti minnhom, ta’ kuntratti, lil fergħa koperta b’dan il-Kapitolu u stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, dan għandu jiżgura li l-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru tal-impriża li tkun qed taċċetta jew, fejn xieraq, tal-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 167 jiċċertifikaw li:
(a)
wara li t-trasferimenti jkunu kkunsidrati, l-impriża li tkun qed taċċetta tippossjedi l-fondi proprji eliġibbli neċessarji li jkopru
►C4
r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ ;
(b)
l-liġi tal-Istat Membru tal-impriża li tkun qed taċċetta tippermetti dan it-trasferiment; u
(ċ)
l-Istat Membru jkun qabel li jsir it-trasferiment.
|
|
Artikolu 164 4.
|
Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 1sa 3, l-Istat Membru li fih tkun tinstab il-fergħa li tittrasferixxi, għandu jawtorizza t-trasferiment wara li jottjeni l-ftehim tal-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru li fih jinstabu r-riskji, jew tal-Istat Membru fejn jinstab l-impenn, jekk dan ma jkunx l-Istat Membru li fih tkun tinstab il-fergħa li tittrasferixxi.
|
|
Artikolu 164 5.
|
L-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri kkonsultati għandhom jagħtu l-opinjoni jew il-kunsens tagħhom lill-awtoritajiet superviżorji tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-fergħa li tittrasferixxi, fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu talba. L-assenza ta’ kwalunkwe tweġiba mill-awtoritajiet ikkonsultati f’dak il-perjodu għandha titqies ekwivalenti għal opinjoni favorevoli jew kunsens taċitu.
|
|
Artikolu 164 6.
|
Trasferiment awtorizzat skont il-paragrafi 1 sa 5 għandu jiġi ppubblikat, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi nazzjonali fl-Istat Membru li fih ikun jinstab ir-riskju jew fl-Istat Membru tal-impenn.
Dawn it-trasferimenti għandhom awtomatikament ikunu validi kontra titolari ta’ poloz, persuni assigurati u kull persuna oħra li jkollha drittijiet jew obbligi li joriġinaw mill-kuntratti trasferiti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|