Il-vantaġġi previsti fil-paragrafu 1 jistgħu biss jingħataw fejn l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri kollha li fihom saret applikazzjoni jaqblu magħhom.
Dawk il-vantaġġi għandhom jidħlu fis-seħħ miż-żmien meta l-awtorità superviżorja magħżula tinforma lill-awtoritajiet superviżorji l-oħrajn li hi tkun sejra tissorvelja l-qagħda ta’
►C4
solvenza ◄ tan-negozju kollu tal-fergħat fil-Komunità.
L-awtorità superviżorja magħżula għandha ġġib mill-Istati Membri l-oħrajn l-informazzjoni neċessarja għas-superviżjoni
►C4
tas-solvenza ◄ ġenerali tal-fergħat stabbiliti fit-territorju tagħhom.