Kwalunkwe Stat Membru li taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 73(5) jeħtieġ li impriżi stabbiliti fit-territorju tiegħu jwaqqfu l-eżerċizzju simultanju tal-attivitajiet li fihom kienu ingaġġati fid-data rilevanti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 73(5) għandhom ukoll jimponu din il-ħtieġa fuq fergħat imsemmija f’din it-Taqsima li huma stabbiliti fit-territorju tiegħu u jsegwu simultanjament iż-żewġ attivitajiet hemmhekk.
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fergħat imsemmija f’din it-Taqsima li l-uffiċċju ewlieni tagħhom iwettaq simultanjament żewġ attivitajiet u li fid-dati msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 73(5) wettqu fit-territorju ta’ Stat Membru biss attività tal-assigurazzjoni tal-ħajja jistgħu jkomplu l-attività tagħhom hemmhekk. Fejn l-impriża tixtieq twettaq attività tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja f’dak it-territorju tista’ biss twettaq attività tal-assigurazzjoni tal-ħajja permezz ta’ sussidjarja.