Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni r-riskji li kontrihom l-assigurazzjoni hija obbligatorja skont il-leġislazzjoni tiegħu, u jiddikjara:
(a)
id-dispożizzjonijiet legali speċifiċi li jirrelataw għal dik l-assigurazzjoni;
(b)
id-dettalji li għandhom jitniżżlu fiċ-ċertifikat li impriża tal-assigurazzjoni għandha toħroġ lil persuna assigurata meta dak l-Istat Membru jeħtieġ prova li l-obbligu li tittieħed assigurazzjoni ikun ġie sodisfatt.
Stat Membru jista’ jeħtieġ li d-dettalji msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu jinkludu dikjarazzjoni mill-impriża tal-assigurazzjoni li l-kuntratt jikkonforma mad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrelataw għal dik l-assigurazzjoni.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dettalji msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.