+Artikolu 184 Tagħrif addiżżjonali fil-każ tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja offruta skont id-dritt tal-istabbiliment u fil-libertà jiġu pprovduti servizzi
---+Artikolu 184 1.
---+Artikolu 184 2.
|
Artikolu 184 Tagħrif addiżżjonali fil-każ tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja offruta skont id-dritt tal-istabbiliment u fil-libertà jiġu pprovduti servizzi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 184 1.
|
Meta assigurazzjoni mhux tal-ħajja tkun offerta skont id-dritt ta’ stabbiliment jew tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, it-titolari tal-polza għandu, qabel ma jidħol f’xi impenn, jiġi infurmat bl-Istat Membru li fih l-uffiċċju ewlieni jew, fejn xieraq, il-fergħa li magħha għandu jiġi konkluż il-kuntratt jinstab.
Kull dokument maħruġ lit-titolari tal-polza għandu jgħaddi l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.
L-obbligi imposti fl-ewwel u t-tieni subparagrafi m’għandhomx japplikaw għal riskji kbar.
|
|
Artikolu 184 2.
|
Il-kuntratt jew kull dokument ieħor li jagħti kopertura, flimkien mal-proposta tal-assigurazzjoni meta din tkun torbot fuq it-titolari tal-polza, għandhom jiddikjaraw l-indirizz tal-uffiċċju ewlieni, jew, fejn xieraq, tal-fergħa tal-impriża tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja li tagħti l-kopertura.
L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-impriża tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja msemmija fil-punt (a) fl-Artikolu 148(2) jidhru wkoll fid-dokumenti msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|