L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal titolari ta’ polza li jikkonkludu kuntratti individwali tal-assigurazzjoni tal-ħajja li jkollhom perjodu ta’ bejn 14 u 30 jum minn meta kienu infurmati li l-kuntratt ġie konkluż biex fih jiġi kkanċellat il-kuntratt.
L-għoti tan-notifika ta’ kanċellament mit-titolari tal-poloz għandu jkollha l-effett li tirrilaxxahom minn kwalunkwe obbligu futur li jirriżulta mill-kuntratt.
L-effetti l-oħra legali u l-kondizzjonijiet ta’ kanċellament għandhom jiġu determinati bil-liġi applikabbli għall-kuntratt, l-iktar fir-rigward tal-arranġamenti biex it-titolari tal-polza jiġi infurmat li l-kuntratt ġie konkluż.