|
+Artikolu 190 1. |
Artikolu 190 1.Din it-Taqsima għandha tapplika għal operazzjonijiet ta’ koassigurazzjoni Komunitarji li għandhom ikunu dawk l-operazzjonijiet ta’ koassigurazzjoni marbuta ma’ risjku wieħed jew aktar ikklassifikat fil-klassijiet 3 sa 16 fil-Parti A tal-Anness I u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ir-riskju jkun riskju kbir;
(b)
ir-riskju huwa kopert b’kuntratt singolu bi premium ġenerali u għall-istess perjodu minn tnejn jew aktar impriżi tal-assigurazzjoni, kull waħda għaliha, bħala “koassiguratur”, li waħda minnhom tkun l-impriża tal-assigurazzjoni ewlenija;
(ċ)
ir-riskju jinstab fil-Komunità;
(d)
għall-iskop li jiġi kopert ir-riskju, l-impriża tal-assigurazzjoni ewlenija hija ttrattata bħallikieku kienet l-impriża tal-assigurazzjoni li tkopri r-riskju kollu;
(e)
millanqas wieħed mill-koassiguraturi jipparteċipa fil-kuntratt permezz ta’ uffiċċju ewlieni jew fergħa stabbiliti fi Stat Membru ta’ xorta oħra minn dak tal-impriża tal-assigurazzjoni ewlienija;
(f)
l-impriża tal-assigurazzjoni ewlenija tassumi kompletament l-irwol ta’ mexxej fil-prattika ta’ koassiguratur u b’mod partikolari tiddetermina t-termini u l-kondizzjonijiet ta’ assigurazzjoni u ratifika. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|