|
+Artikolu 202 1. |
Artikolu 202 1.L-Istati Membri jistgħu jipprovdu eżenzjoni mill-Artikolu 201(1) għal assigurazzjoni ta’ spejjeż legali jekk il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu ssodisfati:
(a)
l-assigurazzjoni hija llimitata għal każijiet li joriġinaw mill-użu ta’ vetturi tat-triq fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat;
(b)
l-assigurazzjoni hi konnessa ma’ kuntratt biex tkun ipprovduta assistenza fil-każ ta’ inċident jew ħsara li jinvolvu vettura tat-triq;
(ċ)
la l-impriża tal-assigurazzjoni tal-ispejjeż legali u lanqas l-assigurat dwar l-assistenza m’għandu jwettaq xi klassi ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà;
(d)
jittieħdu miżuri sabiex il-parir legali u r-rappreżentanza ta’ kull wieħed mill-partijiet għal kwistjoni jkunu effettwati minn avukati kompletament indipendenti fejn dawk il-partijiet ikunu assigurati għal spejjeż legali mill-istess impriża tal-assigurazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|