+Artikolu 211 Strumenti ta’ għan speċjali
---+Artikolu 211 1.
---+Artikolu 211 2.
---+Artikolu 211 2a.
---+Artikolu 211 2b.
---+Artikolu 211 3.

Artikolu 211 Strumenti ta’ għan speċjali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 211 1.
L-Istati Membri għandhom jippermettu t-twaqqif fit-territorju tagħhom stess ta’ strumenti b’ għan speċjali, suġġett għal approvazzjoni mis-superviżjoni bil-quddiem.
Artikolu 211 2.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a li jispeċifikaw il-kriterji li ġejjin għall-approvazzjoni superviżorja:

(a) 

l-ambitu tal-awtorizzazzjoni;

(b) 

il-kundizzjonijiet mandatorji li għandhom jiġu inklużi fil-kuntratti kollha li jinħarġu;

(c) 

ir-rekwiżiti idonji u xierqa tajba kif imsemmi fl-Artikolu 42 tal-persuni li jkunu qegħdin imexxu l-istrument bi skop speċjali;

(d) 

ir-rekwiżiti idonji u xierqa għall-azzjonisti jew membri li jkollhom parteċipazzjoni kwalifikattiva fl-istrument bi skop speċjali;

(e) 

proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi tajbin, mekkaniżmi ta' kontroll intern adegwati u rekwiżiti tal-immaniġġjar tar-riskji;

(f) 

rekwiżiti kontabilistiċi, u dawk prudenzjali u tal-informazzjoni statistika;

(g) 

rekwiżiti tas-solvenza.

Artikolu 211 2a.
Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni tal-Artikolu 211(1) u (2), l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri għall-għoti tal-approvazzjoni superviżorja biex jiġu stabbiliti strumenti bi skop speċjali u dwar il-formati u l-mudelli li għandhom jintużaw għall-finijiet tal-punt (f) tal-paragrafu 2.

L-AEAPX għandha tippreżenta dan l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-31 ta' Ottubru 2014.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 211 2b.
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni tal-Artikolu 211(1) u (2), l-AEAPX tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji, fejn l-istrument bi skop speċjali li jassumi riskju minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkun stabbilit fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru li fih l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni hija awtorizzata.

Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 211 3.
L-istrumenti bi skop speċjali awtorizzati qabel il-31 ta' Diċembru 2015 għandhom ikunu soġġetti għal-liġi tal-Istat Membru li jkun awtorizza l-istrument bi skop speċjali. Madankollu, kull attività ġdida mibdija bi strument bi skop speċjali bħal dan wara dik id-data għandha tkun soġġetta għall-paragrafi 1, 2 u 2a.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.