+Artikolu 213 Każijiet ta’ applikazzjoni ta’ superviżjoni tal-grupp
---+Artikolu 213 1.
---+Artikolu 213 2.
---+Artikolu 213 3.
---+Artikolu 213 4.
---+Artikolu 213 5.
---+Artikolu 213 6.

Artikolu 213 Każijiet ta’ applikazzjoni ta’ superviżjoni tal-grupp

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 213 1.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu superviżjoni, fil-livell tal-grupp, tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni li jkunu parti minn grupp, skont dan it-Titolu.

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, li jistipulaw ir-regoli tas-superviżjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni meqjusa individwalment għandhom jibqgħu jkunu applikabbli għal tali impriżi, ħlief fejn ikun previst xorta oħra minn dan it-Titolu.

Artikolu 213 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżjoni fil-livell tal-grupp tapplika għal dawn li ġejjin:

(a) 

l-impriżi tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni, li jkunu impriża parteċipanti f’tal-anqas impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni, impriża tal-assigurazzjoni ta’ pajjiż terz jew impriża tar-riassigurazzjoni ta’ pajjiż terz individwali, f’konformità mal-Artikoli 218 sa 258;

(b) 

l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, li l-impriża prinċipali tagħhom tkun kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikoli 218 sa 258;

(c) 

l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, li l-impriża prinċipali tagħhom tkun kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha f’pajjiż terz jew impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni minn pajjiż terz, f’konformità mal-Artikoli 260 sa 263;

(d) 

l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, li l-impriża prinċipali tagħhom tkun kumpannija holding tal-assigurazzjoni ta’ attivitajiet imħallta, f’konformità mal-Artikolu 265.

Artikolu 213 3.
Fil-każijiet imsemmijin fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2, meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti jew il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fl-Unjoni tkun jew impriża relatata ta’, jew tkun fiha nnfisha entità regolata jew kumpannija holding finanzjarja mħallta li tkun suġġetta għal superviżjoni supplimentari f’konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2002/87/KE, is-superviżur tal-grupp jista’, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati, jiddeċiedi li ma jwettaqx is-superviżjoni tal-konċentrazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 244 ta’ din id-Direttiva, is-superviżjoni tat-tranżazzjonijiet fost il-grupp imsemmija fl-Artikolu 245 ta’ din id-Direttiva, jew it-tnejn li huma, fil-livell ta’ dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti jew ta’ dik il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta,.
Artikolu 213 4.
Meta kumpannija holding finanzjarja mħallta tkun suġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti skont din id-Direttiva u d-Direttiva 2002/87/KE, b’mod partikolari f’termini ta’ superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, is-superviżur tal-grupp jista’, wara li jkun ikkonsulta mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati, japplika biss id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2002/87/KE lil dik il-kumpannija holding finanzjarja mħallta.
Artikolu 213 5.
Fejn kumpannija holding finanzjarja mħallta tkun suġġetta għal dispożizzjonijiet ekwivalenti skont din id-Direttiva u skont id-Direttiva 2006/48/KE, b’mod partikolari f’termini ta’ superviżjoni bbażata fuq ir-riskju, is-superviżur tal-grupp jista’, bi ftehim mas-superviżur għall-konsolidament fis-settur bankarju u dak tas-servizzi tal-investiment, japplika biss id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva li għandha x’taqsam mal-aktar settur importanti kif stabbilit skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2002/87/KE.
Artikolu 213 6.
Is-superviżur tal-grupp għandu jinforma lill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ) (“ABE”) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“AEAPX”) ( 16 ) dwar id-deċiżjonijiet meħudin skont il-paragrafi 4 u 5. L-ABE, l-AEAPX u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 ( 17 ) (“AETS”) għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (Kumitat Konġunt), jiżviluppaw linji gwida mmirati lejn il-konverġenza tal-prattiki superviżorji u għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji, li huma għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni fi żmien tliet snin mill-adozzjoni ta’ dawk il-linji gwida.

Is-setgħa hija delegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.