Meta l-awtorità superviżorja tiddeċiedi biex tapplika, fuq l-impriża prinċipali aħħarija fil-livell nazzjonali, il-Kapitolu II, it-Taqsima 1, u meta l-impriża prinċipali aħħarija fil-livell Komunitarju msemmija fl-Artikolu 215 kisbet, skont l-Artikoli 231 jew 233(5), permess biex tikkalkula
►C4
r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp ◄ , kif ukoll
►C4
ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fil-grupp, abbażi ta’ mudell intern, dik id-deċiżjoni għandha titqies bħala determinanti u applikata mill-awtorità superviżorja fl-Istat Membru kkonċernat.
F’tali sitwazzjoni, meta l-awtorità superviżorja tqis li l-profil tar-riskju tal-impriża prinċipali aħħarija fil-livell nazzjonali jiddevja konsiderevolment mill-mudell intern approval fil-livell Komunitarju, u sakemm dik l-impriża ma tindirizzax kif xieraq it-tħassib tal-awtorità superviżorja, dik l-awtorità superviżorja tista’ tiddeċiedi li timponi żieda kapitali
►C4
fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ ta’ dik l-impriża li tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ tali mudell, jew, f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni meta tali żieda kapitali ma tkunx xierqa, biex teħtieġ dik l-impriża tikkalkula
►C4
r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp ◄ tagħha abbażi ta’ formula standard.
▼M5
L-awtorità superviżorja għandha tispjega tali deċiżjonijiet kemm lill-impriża kif ukoll lis-superviżur tal-grupp. Is-superviżur tal-grupp għandu javża lill-kulleġġ tas-superviżuri skont l-Artikolu 248(1)(a).
▼B