|
+Artikolu 222 1. |
Artikolu 222 1.L-użu doppju tal-fondi proprji eliġibbli, ►C4 għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ fost l-impriżi differenti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kkunsidrati f’dak il-kalkolu, ma għandux jiġi permess. Għal dak il-għan, meta tiġi kkalkulata ►C4 s-solvenza tal-grup ◄ p u meta l-metodi deskritti fis-Subtaqsima 4 ma jipprevedux dan, l-ammonti li ġejjin għandhom jiġu esklużi:
(a)
il-valur ta’ kwalunkwe attiv tal-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni li tirrappreżenta l-iffinanzjar ta’ fondi proprji eliġibbli ►C4 għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ ta’ waħda mill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatati tagħha;
(b)
il-valur ta’ kwalunkwe attiv tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata tal-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tirrappreżenta l-iffinanzjar ta’ fondi proprji eliġibbli ►C4 għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ ta’ dik l-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;
(ċ)
il-valur ta’ kwalunkwe attiv tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata tal-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tirrappreżenta l-iffinanzjar ta’ fondi proprji eliġibbli ►C4 għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ ta’ kwalunkwe impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata oħra ta’ dik l-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|