|
+Artikolu 222 2. |
Artikolu 222 2.Bla ħsara għall-paragrafu 1, is-segwenti jista’ jiġi inkluż fil-kalkolu biss sa fejn huwa eliġibbli biex ikun kopert ►C4 ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriża relatata kkonċernata:
(a)
fondi żejda skont l-Artikolu 91(2) li jiġu minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata tal-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li għaliha tiġi kkalkulata ►C4 s-solvenza tal-grupp ◄ ;
(b)
kwalunkwe kapital sottoskritt iżda mhux imħallas ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata tal-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li għaliha tiġi kkalkulata ►C4 s-solvenza tal-grupp ◄ . Madankollu, is-segwenti għandu fi kwalunkwe każ jiġi eskluż mill-kalkolu
(i)
kapital sottoskritt iżda mhux imħallas li jirrappreżenta obbligu potenzjali min-naħa tal-impriża parteċipanti;
(ii)
kapital sottoskritt iżda mhux imħallas tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti li jirrappreżenta obbligu potenzjali min-naħa ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata;
(iii)
kapital sottoskritt iżda mhux imħallas ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata li jirrappreżenta obbligu potenzjali min-naħa ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata oħra tal-istess impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|