+Artikolu 227 Ekwivalenza dwar impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ta' pajjiżi terzi relatati
---+Artikolu 227 1.
---+Artikolu 227 2.
---+Artikolu 227 3.
---+Artikolu 227 4.
---+Artikolu 227 5.
---+Artikolu 227 6.
---+Artikolu 227 7.

Artikolu 227 Ekwivalenza dwar impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ta' pajjiżi terzi relatati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 227 1.
Meta tiġi kkalkulata s-solvenza, f'konformità mal-Artikolu 233, tal-grupp ta' xi impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li hija impriża parteċipanti f'xi impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni f'pajjiż terz, l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha, għall-finijiet ta' dak il-kalkolu biss, tiġi ttrattata bħala impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata.

Madankollu, meta l-pajjiż terz li dik l-impriża jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fih jeżiġi li tikseb awtorizzazzjoni u jimponilha reġim ta' solvenza li jkun tal-anqas ekwivalenti għal dak stipulat fit-Titolu I, il-Kapitolu VI, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kalkolu għandu jikkunsidra, fir-rigward ta' dik l-impriża, ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza u l-fondi proprji eliġibbli sabiex jissodisfaw dak ir-rekwiżit kif stipulat mill-pajjiż terz konċernat.

Artikolu 227 2.
Meta ma jkun ġie adottat ebda att delegat skont il-paragrafu 4 jew 5 ta' dan l-Artikolu, il-verifika dwar jekk ir-reġim impost mill-pajjiż terz huwiex tal-anqas ekwivalenti għandha ssir mis-superviżur tal-grupp fuq talba tal-impriża parteċipanti jew fuq inizjattiva tagħha stess. L-AEAPX għandha tassisti lis-superviżur tal-grupp f'konformità mal-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Is-superviżur tal-grupp għandu, megħjun mill-AEAPX, jikkonsulta lill-awtoritajiet superviżorji l-oħra konċernati qabel ma jieħu deċiżjoni dwar l-ekwivalenza. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed f'konformità mal-kriterji adottati skont il-paragrafu 3. Is-superviżur tal-grupp ma għandu jieħu ebda deċiżjoni fir-rigward ta' pajjiż terz li tikkontradixxi kwalunkwe deċiżjoni meħuda fir-rigward ta' dak il-pajjiż terz preċedentement ħlief meta dan ikun neċessarju biex jitqiesu tibdiliet sinifikanti fir-reġim superviżorju stabbilit fit-Titolu I, Kapitolu VI u fir-reġim superviżorju fil-pajjiż terz.

Meta l-awtoritajiet superviżorji ma jaqblux mad-deċiżjoni meħuda skont is-subparagrafu 2, dawn jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-AEAPX u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 fi żmien tliet xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni mis-superviżur tal-grupp. F'dak il-każ, l-AEAPX tista' tieħu azzjoni skont is-setgħat mogħtija lilha minn dak l-Artikolu.

Artikolu 227 3.
Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a sabiex tispeċifika l-kriterji ħalli jiġi vvalutat jekk ir-reġim tas-solvenza ta' pajjiż terz huwiex ekwivalenti għal dak stabbilit fit-Titolu I, Kapitolu VI.
Artikolu 227 4.
Jekk il-kriterji adottati skont il-paragrafu 3 jkunu ġew issodisfati minn pajjiż terz, il-Kummissjoni tista', b'konformità mal-Artikolu 301a, u megħjuna mill-AEAPX skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, tadotta atti delegati li jiddeterminaw li r-reġim superviżorju ta' dak il-pajjiż terz huwa ekwivalenti għal dak stipulat fit-Titolu I, Kapitolu VI.

Dawk l-atti delegati għandhom jiġu rieżaminati regolarment biex iqisu kwalunkwe tibdil sinifikanti fir-reġim superviżorju stipulat fit-Titolu I, Kapitolu VI, u fir-reġim superviżorju fil-pajjiż terz.

L-AEAPX għandha tippubblika u żżomm aġġornata fil-websajt tagħha lista tal-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 227 5.

B'deroga mill-paragrafu 4, u anke fejn il-kriterji speċifikati skont il-paragrafu 3 ma jkunux ġew issodisfati, il-Kummissjoni tista', għall-perjodu msemmi fil-paragrafu 6, b'konformità mal-Artikolu 301a, u megħjuna mill-AEAPX skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, tadotta atti delegati li jiddeterminaw li r-reġim tas-solvenza ta' pajjiż terz applikat għal impriżi li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'dak il-pajjiż terz huwa proviżorjament ekwivalenti għal dak stipulat fit-Titolu I, Kapitolu VI, fejn:

(a) 

jista' jiġi ppruvat li reġim ta' solvenza li jista' jiġi vvalutat u ekwivalenti skont il-paragrafu 4 qiegħed fis-seħħ jew jista' jiġi adottat u applikat mill-pajjiż terz;

(b) 

il-pajjiż terz ikollu reġim ta' solvenza li huwa bbażat fuq ir-riskju u jistabbilixxi rekwiżiti ta' solvenza kwantitattivi u kwalitattivi u rekwiżiti relatati mar-rappurtar superviżorju u t-trasparenza;

(c) 

il-liġi tal-pajjiż terz, fil-prinċipju, tippermetti l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni superviżorja kunfidenzjali mal-AEAPX u l-awtoritajiet superviżorji;

(d) 

il-pajjiż terz ikollu sistema ta' superviżjoni indipendenti; u

(e) 

il-pajjiż terz ikun stabbilixxa obbligi dwar is-segretezza professjonali għall-persuni kollha li jaġixxu f'isem l-awtoritajiet superviżorji tiegħu.

L-AEAPX għandha tippubblika u żżomm aġġornata fil-websajt tagħha lista tal-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 227 6.

Il-perjodu inizjali tal-ekwivalenza proviżorja msemmija fil-paragrafu 5 għandu jkun ta' 10 snin, sakemm qabel ma jiskadi dak il-perjodu:

(a) 

dik l-atti delegat ikun ġie revokat; jew

(b) 

ikun ġie adottat att delegat skont il-paragrafu 4 bl-effett li r-reġim superviżorju ta' dak il-pajjiż terz tkun ġiet meqjusa ekwivalenti għal dak stabbilit fit-Titolu I, Kapitolu VI.

L-ekwivalenza proviżorja għandha tkun toġġetta għal tiġdid għal perjodi ulterjuri ta' 10 snin, meta l-kriterji msemmija fil-paragrafu 5 jibqgħu jiġu ssodisfati. Il-Kummissjoni għandha tadotta kwalunkwe att delegat bħal dan skont l-Artikolu 301a u megħjuna mill-AEAPX skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Kwalunkwe atti delegati li jiddeterminaw ekwivalenza proviżorja għandha tqis ir-rapporti mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 177(2). Tali atti delegati għandhom jiġu rieżaminati regolarment mill-Kummissjoni L-AEAPX għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-valutazzjoni ta' dawk id-deċiżjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament dwar kwalunkwe rieżami li jkun għaddej u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar il-konklużjonijiet tagħha.

Artikolu 227 7.
Meta, skont il-paragrafu 5, ikun ġie adottat att delegat li jiddetermina li r-reġim superviżorju ta' pajjiż terz huwa ekwivalenti proviżorjament, dak il-pajjiż terz għandu jitqies ekwivalenti għall-finijiet tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.