+Subtaqsima 3 L-applikazzjoni tal-metodi tal-kalkolu
---+Artikolu 225 Impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni relatati
---+Artikolu 226 Il-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni intermedjarji
------+Artikolu 226 1.
------+Artikolu 226 2.
---+Artikolu 227 Ekwivalenza dwar impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ta' pajjiżi terzi relatati
------+Artikolu 227 1.
------+Artikolu 227 2.
------+Artikolu 227 3.
------+Artikolu 227 4.
------+Artikolu 227 5.
------+Artikolu 227 6.
------+Artikolu 227 7.
---+Artikolu 228 Istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti tal-investiment u l-istituzzjonjiet finanzjarji relatati
---+Artikolu 229 Nuqqas ta’ disponibbiltà tat-tagħrif meħtieġ

Subtaqsima 3 L-applikazzjoni tal-metodi tal-kalkolu

Subtaqsima 3 L-applikazzjoni tal-metodi tal-kalkolu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 225 Impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni relatati

Artikolu 225

Impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni relatati

Meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni jkollha aktar minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni waħda relatati magħha, il-kalkolu ►C4  tas-solvenza ◄ tal-grupp għandu jitwettaq bl-inklużjoni ta’ dawk l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatati kollha.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li meta l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatata jkollha l-uffiċċju ewlieni tagħha fi Stat Membru differenti minn dak tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li għalih isir il-kalkolu ►C4  tas-solvenza ◄ tal-grupp, il-kalkolu jikkunsidra, fir-rigward tal-impriża relatata, ►C4  r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u l-fondi proprji eliġibbli biex jissodisfaw dak ir-rekwiżit kif stipulat fl-Istat Membru l-ieħor.

Artikolu 226 Il-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni intermedjarji
Artikolu 227 Ekwivalenza dwar impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni ta' pajjiżi terzi relatati
Artikolu 228 Istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti tal-investiment u l-istituzzjonjiet finanzjarji relatati

Artikolu 228

Istituzzjonijiet tal-kreditu, ditti tal-investiment u l-istituzzjonjiet finanzjarji relatati

Fil-kalkolu ►C4  tas-solvenza ◄ tal-grupp ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tkun impriża parteċipanti f’istituzzjoni ta’ kreditu, ditta tal-investiment jew istituzzjoni, l-Istati Membri għandhom iħallu l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni parteċipanti tagħhom japplikaw il-metodi 1 jew 2 stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2002/87/KE mutatis mutandis. Madankollu, il-metodu 1 stipulat f’dak l-Anness għandu jiġi applikat biss fejn is-superviżur tal-grupp ikun sodisfatt dwar il-livell ta’ ġestjoni u kontroll intern integrati dwar l-entitajiet li jkunu inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni. Il-metodu magħżul għandu jiġi applikat b’mod konsistenti matul iż-żmien.

Madankollu, l-Istati Membri għandhom iħallu lill-awtoritajiet superviżorji tagħhom, fejn dawn jassumu l-irwol ta’ superviżur tal-grupp fir-rigward ta’ grupp partikolari, jiddeċiedu, fuq it-talba tal-impriża parteċipanti jew ex officio, li jnaqqsu kull parteċipazzjoni mill-fondi proprji msemmija fl-ewwel paragrafu li tkun eliġibbli ►C4  għas-solvenza ◄ tal-grupp tal-impriża parteċipanti.

Artikolu 229 Nuqqas ta’ disponibbiltà tat-tagħrif meħtieġ

Artikolu 229

Nuqqas ta’ disponibbiltà tat-tagħrif meħtieġ

Fejn it-tagħrif meħtieġ għall-kalkolu ►C4  tas-solvenza ◄ tal-grupp ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, dwar impriża relatata li jkollha l-uffiċċju ewlieni tagħha fi Stat Membru jew f’pajjiż terz, mhux disponibbli għall-awtoritajiet superviżorji kkonċernati, il-valur fil-kotba ta’ dik l-impriża fl-impriża tal-assigurazzjoni jew impriża tar-riassigurazzjoni parteċipanti għandu jitnaqqas mill-fondi proprji eliġibbli ►C4  għas-solvenza ◄ tal-grupp.

F’dak il-każ, il-qligħ li ma jsirx konness ma’ din il-parteċipazzjoni ma għandux jiġi rikonoxxut bħala fondi proprji eliġibbli ►C4  għas-solvenza ◄ tal-grupp.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.