|
+Artikolu 230 1. |
Artikolu 230 1.Il-kalkolu ►C4 tas-solvenza ◄ tal-grupp tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti għandu jsir fuq il-bażi tal-kontijiet konsolidati. ►C4 Is-solvenza ◄ tal-grupp tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti hija d-differenza bejn dan li ġej:
(a)
il-fondi proprji eliġibbli sabiex ikopru ►C4 r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ kkalkulati fuq il-bażi ta’ data konsolidata;
(b)
►C4 ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ fil-livell tal-grupp ikkalkulat fuq il-bażi ta’ data kkonsolidata. Ir-regoli stabbiliti fis-Subtaqsimiet 1, 2 u 3 tat-Taqsima 3 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I u fis-Subtaqsimiet 1, 2 u 3 tat-Taqsima 4 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I għandhom japplikaw għall-kalkolu tal-fondi proprji eliġibbli ►C4 għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ u ►C4 għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ fil-livell tal-grupp ibbażati fuq data kkonsolidata. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|