|
+Artikolu 230 2. |
Artikolu 230 2.►C4 Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ fil-livell tal-grupp ibbażat fuq data kkonsolidata ( ►C4 Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza kkonsolidat ◄ ) għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ jew il-formula standard jew inkella fuq mudell intern approvat, b’mod konsistenti mal-prinċipji ġenerali li jinsabu fit-Titolu I, Kapitolu VI, Taqsima 4, Subtaqsimiet 1 u 2 u t-Titolu I, Kapitolu VI, Taqsima 4, Subtaqsiemiet 1 u 3, rispettivament. ►C4 Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-grupp kkonsolidat għandu, bħala minimu, jinkludi t-total ta’ dan li ġej:
(a)
ir- il-Kapital Minimu Rekwiżit, kif imsemmi fl-Artikolu 129, tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti;
(b)
is-sehem proporzjonali tal-Kapital Minimu Rekwiżit tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni relatati. Dak il-minimu għandu jkun kopert minn fondi proprji bażiċi eliġibbli kif stabbilit fl-Artikolu 98(4). Il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 221 sa 229 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-finijiet li jiġi stabbilit jekk fondi proprji eliġibbli bħal dawn jikkwalifikawx sabiex ikopru ►C4 r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-grupp minimu. L-Artikolu 139(1) u (2) għandu japplika mutatis mutandis. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|