|
+Artikolu 231 7. |
Artikolu 231 7.Meta kwalunkwe awtorità superviżorja konċernata jidhrilha li l-profil tar-riskju ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni taħt is-superviżjoni tagħha jiddevja b'mod sostanzjali mis-suppożizzjonijiet bażiċi tal-mudell intern approvat fuq livell ta' grupp, u sakemm dik l-impriża ma tkunx indirizzat it-tħassib tal-awtorità superviżorja kif suppost, dik l-awtorità tista', skont l-Artikolu 37, timponi supplimentazzjoni kapitali għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tat-tali mudell intern. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, meta tali supplimentazzjoni kapitali ma tkunx xierqa, l-awtorità superviżorja tista' titlob lill-impriża konċernata biex tikkalkula r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fuq il-bażi tal-formula standard imsemmija fit-Titolu 1, Kapitolu VI, Taqsima 4, Subtaqsimiet 1 u 2. B'konformità mal-Artikolu 37(1)(a) u (b), l-awtorità superviżorja tista' timponi supplimentazzjoni kapitali għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-formula standard. L-awtorità superviżorja għandha tispjega kwalunkwe deċiżjoni msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi kemm lill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kif ukoll lill-membri l-oħra tal-kulleġġ tas-superviżuri. L-AEAPX tista' toħroġ linji gwida biex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti u koerenti ta' dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|