+Artikolu 231 Mudell intern għall-grupp
---+Artikolu 231 1.
---+Artikolu 231 2.
---+Artikolu 231 3.
---+Artikolu 231 4.
---+Artikolu 231 5.
---+Artikolu 231 6.
---+Artikolu 231 7.
|
Artikolu 231 Mudell intern għall-grupp
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 231 1.
|
Fil-każ ta' applikazzjoni għall-permess biex ikun ikkalkulat ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp konsolidat, kif ukoll ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fil-grupp, abbażi ta' mudell intern, imressqa minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u l-impriżi relatati tagħha, jew b'mod konġunt mill-impriżi relatati ta' kumpanija holding tal-assigurazzjoni, l-awtoritajiet ta' sorveljanza konċernati għandhom jikkooperaw biex jiddeċiedu jekk jagħtux il-permess jew le u biex jiddeterminaw it-termini u l-kundizzjonijiet, jekk ikun il-każ, li għalihom huwa suġġett l-għoti ta' dan il-permess. Applikazzjoni kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi ppreżentata lis-superviżur tal-grupp. Is-superviżur tal-grupp għandu jinforma lill-membri oħra tal-kulleġġ ta’ superviżuri, inkluża l-EIOPA, dwar il-wasla tal-applikazzjoni u għandu jibgħat l-applikazzjoni sħiħa, inkluża d-dokumentazzjoni ppreżentata mill-impriża, lil dawk il-membri, mingħajr dewmien. Fuq it-talba ta’ awtorità superviżorja kkonċernata waħda jew aktar, l-EIOPA tista’ tipprovdi assistenza teknika, skont il-punt (b) tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, lill-awtorità jew l-awtoritajiet superviżorji li talbu l-assistenza, fir-rigward tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni.
|
|
Artikolu 231 2.
|
L-awtoritajiet superviżorji konċernati għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jilħqu deċiżjoni konġunta dwar l-applikazzjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta' meta s-superviżur tal-grupp ikun irċieva l-applikazzjoni sħiħa.
|
|
Artikolu 231 3.
|
Jekk, fi żmien il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2, kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet superviżorji konċernati tkun irriferiet il-kwistjoni lill-AEAPX skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, is-superviżur tal-grupp għandu jiddiferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-AEAPX tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b'konformità mad-deċiżjoni tal-AEAPX. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta bħala determinanti u għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet superviżorji konċernati. L-AEAPX għandha tieħu d-deċiżjoni fi żmien xahar. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-AEAPX wara t-tmiem tal-perjodu ta' sitt xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta.
►M9
Fejn l-EIOPA ma tiħux deċiżjoni kif imsemmi fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, is-superviżur tal-grupp għandu jieħu d-deċiżjoni finali. ◄ Dik id-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta bħala determinanti u għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet superviżorji konċernati. Il-perjodu ta' sitt xhur għandu jitqies bħala l-perjodu tal-konċiljazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 19(2) ta' dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 231 4.
|
L-AEAPX tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni tal-proċess tad-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 2 fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-permessi msemmija fil-paragrafu 1, bil-ħsieb li jkunu ffaċilitati deċiżjonijiet konġunti. Il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
|
|
Artikolu 231 5.
|
Meta l-awtoritajiet superviżorji konċernati jkunu ħadu d-deċiżjoni konġunta msemmija fil-paragrafu 2, is-superviżur tal-grupp għandu jipprovdi lill-applikant b'dokument li jagħti l-motivazzjonijiet sħaħ.
|
|
Artikolu 231 6.
|
Fl-assenza tal-adozzjoni ta' deċiżjoni konġunta fi żmien sitt xhur mid-data meta l-grupp jirċievi l-applikazzjoni kompleta, is-superviżur tal-grupp għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu dwar l-applikazzjoni. Is-superviżur tal-grupp għandu jqis kif xieraq kwalunkwe fehmiet u riżervi tal-awtoritajiet superviżorji l-oħra konċernati espressi waqt dak il-perjodu ta' sitt xhur. Is-superviżur tal-grupp għandu jagħti lill-applikant u lill-awtoritajiet superviżorji konċernati l-oħra dokument li jispjega d-deċiżjoni motivata bis-sħiħ tiegħu. Dik id-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta bħala determinanti u għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet superviżorji konċernati.
|
|
Artikolu 231 7.
|
Meta kwalunkwe awtorità superviżorja konċernata jidhrilha li l-profil tar-riskju ta' impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni taħt is-superviżjoni tagħha jiddevja b'mod sostanzjali mis-suppożizzjonijiet bażiċi tal-mudell intern approvat fuq livell ta' grupp, u sakemm dik l-impriża ma tkunx indirizzat it-tħassib tal-awtorità superviżorja kif suppost, dik l-awtorità tista', skont l-Artikolu 37, timponi supplimentazzjoni kapitali għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tat-tali mudell intern. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, meta tali supplimentazzjoni kapitali ma tkunx xierqa, l-awtorità superviżorja tista' titlob lill-impriża konċernata biex tikkalkula r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza fuq il-bażi tal-formula standard imsemmija fit-Titolu 1, Kapitolu VI, Taqsima 4, Subtaqsimiet 1 u 2. B'konformità mal-Artikolu 37(1)(a) u (b), l-awtorità superviżorja tista' timponi supplimentazzjoni kapitali għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew riassigurazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-formula standard. L-awtorità superviżorja għandha tispjega kwalunkwe deċiżjoni msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi kemm lill-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kif ukoll lill-membri l-oħra tal-kulleġġ tas-superviżuri. L-AEAPX tista' toħroġ linji gwida biex tiżgura l-applikazzjoni konsistenti u koerenti ta' dan il-paragrafu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|