|
+Artikolu 232 Żieda għall-kapital tal-Grupp |
Artikolu 232 Żieda għall-kapital tal-GruppArtikolu 232 Żieda għall-kapital tal-Grupp Sabiex jiġi ddeterminat jekk ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp konsolidat jirriflettix b'mod xieraq il-profil tar-riskju tal-grupp, is-superviżur tal-grupp għandu jagħti attenzjoni partikolari għal kull każ meta ċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 37(1)(a) sa (d) jistgħu jseħħu fil-livell tal-grupp, b'mod partikolari meta:
(a)
riskju speċifiku fuq livell ta’ grupp ma jkunx kopert biżżejjed mill-formola standard jew il-mudell intern użati, għaliex dawn huma diffiċli biex ikunu kkwantifikati;
(b)
żieda kapitali ►C4 fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatati imposta mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati, skont l-Artikoli 37 u 231(7). Fejn il-profil tar-riskju tal-grupp mhux rifless b’mod xieraq, tista’ tkun imposta żieda kapitali ►C4 fir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ konsolidat tal-grupp. L-Artikolu 37(1) sa (5), flimkien mal-atti delegati u l-istandards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni li jittieħdu b'konformità mal-Artikolu 37(6), (7) u (8) għandhom japplikaw mutatis mutandis. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|