+Artikolu 233 Metodu 2 (Il-metodu alternattiv): Il-metodu ta’ tnaqqis u aggregazzjoni
---+Artikolu 233 1.
---+Artikolu 233 2.
---+Artikolu 233 3.
---+Artikolu 233 4.
---+Artikolu 233 5.
---+Artikolu 233 6.
|
Artikolu 233 Metodu 2 (Il-metodu alternattiv): Il-metodu ta’ tnaqqis u aggregazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 233 1.
|
Il-solvibbiltà tal-grupp ta’ impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni għandha tkun id-differenza bejn dan li ġej:
(a)
il-fondi proprji eliġibbli aggregati tal-grupp, kif previst fil-paragrafu 2;
(b)
il-valur fl-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatati u
►C4
Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp aggregat ◄ , kif previst fil-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 233 2.
|
Il-fondi proprji eliġibbli aggregati tal-grupp huma t-total ta’ dan li ġej:
(a)
il-fondi proprji eliġibbli
►C4
għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;
(b)
is-sehem proporzjonali tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti fil-fondi proprji eliġibbli
►C4
għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatati.
|
|
Artikolu 233 3.
|
►C4
Ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ aggregat tal-grupp huwa t-total ta’ dan li ġej:
(a)
►C4
ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriża u tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipant;
(b)
is-sehem proporzjonali
►C4
tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatati.
|
|
Artikolu 233 4.
|
Fejn il-parteċipazzjoni fl-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatati tkun tikkonsisti, b’mod sħiħ jew parzjalment, minn sjieda indiretta, il-valur fl-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatati għandu jinkorpora l-valur ta’ din is-sjieda indiretta, filwaqt li jitqies l-imgħax suċċessiv rilevanti u l-elementi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 u fil-punt (b) tal-paragrafu 3 għandhom jinkludu l-ishma proporzjonali korrispondenti tal-fondi proprji eliġibbli
►C4
għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatati u
►C4
tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatati, rispettivament.
|
|
Artikolu 233 5.
|
Fil-każ ta’ applikazzjoni għall-permess biex jiġi kkalkulat il-Kapital Rekwiżit għas-Solvenza tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fil-grupp abbażi ta’ mudell intern, imressqa minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u l-impriżi relatati tagħha, jew b’mod konġunt mill-impriżi relatati ta’ kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew ta’ kumpannija holding finanzjarja mħallta, l-Artikolu 231 għandu japplika mutatis mutandis.
|
|
Artikolu 233 6.
|
Waqt li jkunu qed jiddeterminaw jekk
►C4
ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp aggregat ◄ , ikkalkulat kif stabbilit fil-paragrafu 3, jirriflettix b’mod xieraq il-profil tar-riskju tal-grupp, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lil kwalunkwe riskju speċifiku eżistenti fuq livell ta’ grupp li ma jkunx kopert biżżejjed, għaliex dawn huwa riskji li diffiċli li jkunu kkwantifikati.
Fejn il-profil tar-riskju tal-grupp jiddevja b’ mod sostanzjali mis-suppożizzjonijiet sottostanti
►C4
r-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp aggregat ◄ , tista’ tkun imposta żieda kapitali
►C4
Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza tal-grupp aggregat ◄ .
▼M5
L-Artikolu 37(1) sa (5), flimkien mal-atti delegati u l-istandards tekniċi regolatorji u ta' implimentazzjoni li jittieħdu b'konformità mal-Artikolu 37(6), (7) u (8) għandhom japplikaw mutatis mutandis.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|