Fejn il-parteċipazzjoni fl-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatati tkun tikkonsisti, b’mod sħiħ jew parzjalment, minn sjieda indiretta, il-valur fl-impriża parteċipanti tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatati għandu jinkorpora l-valur ta’ din is-sjieda indiretta, filwaqt li jitqies l-imgħax suċċessiv rilevanti u l-elementi msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 u fil-punt (b) tal-paragrafu 3 għandhom jinkludu l-ishma proporzjonali korrispondenti tal-fondi proprji eliġibbli
►C4
għar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza
◄ tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatati u
►C4
tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza
◄ tal-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni relatati, rispettivament.