|
+Artikolu 242 2. |
Artikolu 242 2.Sal- ►M5 31 ta' Diċembru 2018 ◄ , il-Kummissjoni għandha tevalwa l-benefiċċji tat-titjib tas-superviżjoni tal-gruppi u l-ġestjoni tal-kapital fi ħdan grupp ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, fosthom referenza għal COM(2008)0119) u r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew dwar din il-proposta tas-16 ta’ Ottubru 2008 (A6-0413/2008). L-evalwazzjoni għandha tinkludi miżuri li jistgħu jittieħdu għat-titjib tal-ġestjoni transkonfinali korretta tal-gruppi tal-assigurazzjoni, b’mod partikolari tal-ġestjoni tar-riskji u tal-attivi. Fl-evalwazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha, inter alia, tieħu kont tal-iżviluppi ġodda u l-progress dwar:
(a)
qafas armonizzat għal interventi bikrija;
(b)
il-prattika fil-ġestjoni tar-riskji ta’ gruppi ċentralizzati, fit-tħaddim ta’ mudelli ta’ gruppi interni, inklużi testijiet għall-istress;
(ċ)
tranżazzjonijiet bejn il-gruppi u konċentramenti tar-riskji;
(d)
l-imġiba tal-effetti tad-diversifikazzjoni u tal-konċentrament maż-żmien;
(e)
qafas legalment vinkolanti għall-medjazzjoni ta’ disputi superviżorji;
(f)
qafas armonizzat dwar proċeduri għat-trasferabbiltà tal-attivi, ►C4 għall-insolvenza ◄ u għall-istralċ li jelimina l-ostakli rilevanti tal-liġijiet nazzjonali jew tal-liġijiet korporattivi għat-trasferabbiltà tal-attivi;
(g)
livell ta’ protezzjoni ekwivalenti għat-titolari tal-poloz u l-benefiċjarji tal-impriżi tal-istess grupp, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi;
(h)
soluzzjoni armonizzata u ffinanzjata b’mod adegwat għall-UE kollha għal skemi ta’ garanzija għall-assigurazzjonijiet;
(i)
qafas armonizzat u legalment vinkolanti bejn awtoritajiet kompetenti, banek ċentrali u ministeri tal-finanzi għall-ġestjoni tal-kriżijiet, soluzzjonijiet u qsim tal-piż fiskali, li jġib is-setgħat superviżorji u r-responsabilitajiet fiskali fuq l-istess linja. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jkun, fejn ikun il-każ akkumpanjat minn proposti għall-emendament ta’ din id-Direttiva. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|