+Artikolu 242 Klawsola ta’ reviżjoni
---+Artikolu 242 1.
---+Artikolu 242 2.

Artikolu 242 Klawsola ta’ reviżjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 242 1.
Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni tal-applikazzjoni tat-Titolu III, b'mod partikolari fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-awtoritajiet superviżorji fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri, u l-funzjonalità tiegħu, u l-prattika superviżorja fir-rigward tal-istabbiliment tas-supplimentazzjonijiet kapitali, u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposti għall-emendar ta' din id-Direttiva, fejn ikun xieraq.
Artikolu 242 2.

Sal- ►M5   31 ta' Diċembru 2018  ◄ , il-Kummissjoni għandha tevalwa l-benefiċċji tat-titjib tas-superviżjoni tal-gruppi u l-ġestjoni tal-kapital fi ħdan grupp ta’ impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, fosthom referenza għal COM(2008)0119) u r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew dwar din il-proposta tas-16 ta’ Ottubru 2008 (A6-0413/2008). L-evalwazzjoni għandha tinkludi miżuri li jistgħu jittieħdu għat-titjib tal-ġestjoni transkonfinali korretta tal-gruppi tal-assigurazzjoni, b’mod partikolari tal-ġestjoni tar-riskji u tal-attivi. Fl-evalwazzjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha, inter alia, tieħu kont tal-iżviluppi ġodda u l-progress dwar:

(a) 

qafas armonizzat għal interventi bikrija;

(b) 

il-prattika fil-ġestjoni tar-riskji ta’ gruppi ċentralizzati, fit-tħaddim ta’ mudelli ta’ gruppi interni, inklużi testijiet għall-istress;

(ċ) 

tranżazzjonijiet bejn il-gruppi u konċentramenti tar-riskji;

(d) 

l-imġiba tal-effetti tad-diversifikazzjoni u tal-konċentrament maż-żmien;

(e) 

qafas legalment vinkolanti għall-medjazzjoni ta’ disputi superviżorji;

(f) 

qafas armonizzat dwar proċeduri għat-trasferabbiltà tal-attivi, ►C4  għall-insolvenza ◄ u għall-istralċ li jelimina l-ostakli rilevanti tal-liġijiet nazzjonali jew tal-liġijiet korporattivi għat-trasferabbiltà tal-attivi;

(g) 

livell ta’ protezzjoni ekwivalenti għat-titolari tal-poloz u l-benefiċjarji tal-impriżi tal-istess grupp, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi;

(h) 

soluzzjoni armonizzata u ffinanzjata b’mod adegwat għall-UE kollha għal skemi ta’ garanzija għall-assigurazzjonijiet;

(i) 

qafas armonizzat u legalment vinkolanti bejn awtoritajiet kompetenti, banek ċentrali u ministeri tal-finanzi għall-ġestjoni tal-kriżijiet, soluzzjonijiet u qsim tal-piż fiskali, li jġib is-setgħat superviżorji u r-responsabilitajiet fiskali fuq l-istess linja.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jkun, fejn ikun il-każ akkumpanjat minn proposti għall-emendament ta’ din id-Direttiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.