|
+Artikolu 244 3. |
Artikolu 244 3.Is-superviżur tal-grupp, wara konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u mal-grupp, għandu jidentifika liema xorta ta’ riskji għandhom jiġu rrappurtati f’kull ċirkostanza mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi grupp partikolari. Meta tingħata tifsira jew opinjoni dwar ix-xorta tar-riskji, is-superviżur tal-grupp u l-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati għandhom jikkunsidraw l-istruttura speċifika tal-grupp u tal-ġestjoni tar-riskju tal-grupp. Sabiex jiġu identifikati konċentrazzjonijiet tar-riskju sinifikanti li jridu jiġu rrappurtati, is-superviżur tal-grupp, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u mal-grupp, għandu jimponi limiti xierqa msejsa fuq rekwiżiti ta’ kapital ta’ ►C4 solvenza ◄ , dispożizzjonijiet tekniċi jew fuq it-tnejn li huma. Meta jirrevedil-konċentrazzjonijiet tar-riskju, is-superviżur tal-grupp għandu jissorvelja partikolarment ir-riskju possibbli ta’ kontaġju fost il-grupp, ir-riskju ta’ kunflitt ta’ interessi u l-livell jew il-volum tar-riskji. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|