+Artikolu 244 Superviżjoni tal-konċentrazzjoni tar-riskju
---+Artikolu 244 1.
---+Artikolu 244 2.
---+Artikolu 244 3.
---+Artikolu 244 4.
---+Artikolu 244 5.
---+Artikolu 244 6.
|
Artikolu 244 Superviżjoni tal-konċentrazzjoni tar-riskju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 244 1.
|
Is-superviżjoni tal-konċentrazzjoni tar-riskju fil-livell ta’ grupp għandha titwettaq skont il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikolu 246 u l-Kapitolu III.
|
|
Artikolu 244 2.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni jew il-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpanniji holding finanzjarji mħallta jirrappurtaw, fuq bażi regolari u mill-inqas kull sena, lis-superviżur tal-grupp dwar kwalunkwe konċentrazzjoni tar-riskju sinifikanti fil-livell tal-grupp, sakemm ma japplikax l-Artikolu 215(2). L-informazzjoni meħtieġa għandha titressaq quddiem is-superviżur tal-grupp mill-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni li tmexxi l-grupp jew, fejn il-grupp mhux immexxi minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, mill-kumpannija holding tal-assigurazzjoni, il-kumpannija holding finanzjarja mħallta jew l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fil-grupp li tkun identifikata mis-superviżur tal-grupp wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u mal-grupp. Il-konċentrazzjonijiet tar-riskju msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu soġġetti għal reviżjoni superviżorja mis-superviżur tal-grupp.
|
|
Artikolu 244 3.
|
Is-superviżur tal-grupp, wara konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u mal-grupp, għandu jidentifika liema xorta ta’ riskji għandhom jiġu rrappurtati f’kull ċirkostanza mill-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi grupp partikolari.
Meta tingħata tifsira jew opinjoni dwar ix-xorta tar-riskji, is-superviżur tal-grupp u l-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati għandhom jikkunsidraw l-istruttura speċifika tal-grupp u tal-ġestjoni tar-riskju tal-grupp.
Sabiex jiġu identifikati konċentrazzjonijiet tar-riskju sinifikanti li jridu jiġu rrappurtati, is-superviżur tal-grupp, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji l-oħra kkonċernati u mal-grupp, għandu jimponi limiti xierqa msejsa fuq rekwiżiti ta’ kapital ta’
►C4
solvenza ◄ , dispożizzjonijiet tekniċi jew fuq it-tnejn li huma.
Meta jirrevedil-konċentrazzjonijiet tar-riskju, is-superviżur tal-grupp għandu jissorvelja partikolarment ir-riskju possibbli ta’ kontaġju fost il-grupp, ir-riskju ta’ kunflitt ta’ interessi u l-livell jew il-volum tar-riskji.
|
|
Artikolu 244 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 301a għal dak li jirrigwarda d-definizzjoni ta' konċentrazzjoni tar-riskju sinifikanti għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 244 5.
|
Sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tas-superviżjoni ta' konċentrazzjoni tar-riskju, l-AEAPX għandha, bla ħsara għall-Artikolu 301b, tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-identifikazzjoni ta' konċentrazzjoni tar-riskju sinifikanti u d-determinazzjoni tal-livelli limitu xierqa għall-finijiet tal-paragrafu 3. Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
|
|
Artikolu 244 6.
|
Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi dwar il-formuli u l-mudelli għar-rappurtar dwar konċentrazzjonijiet tar-riskju bħal dawn, għall-finijiet tal-paragrafu 2. L-AEAPX għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Settembru 2015. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|