|
+Artikolu 247 2. |
Artikolu 247 2.Fejn l-istess awtorità superviżorja hija responsabbli mill-impriża tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kollha fi grupp, il-ħidma tas-superviżur tal-grupp għandha titwettaq mill-awtorità superviżorja. Fil-każijiet l-oħra kollha suġġetti għall-paragrafu 3, il-ħidma tas-superviżur tal-grupp għandha titwettaq:
(a)
fejn grupp huwa mmexxi minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, mill-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża;
(b)
fejn grupp m’huwiex immexxi minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, mill-awtorità superviżorja li ġejja:
(i)
fejn l-impriża prinċipali ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni hija kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta, mill-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni,
(ii)
fejn aktar minn impriża waħda tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni b’uffiċċju prinċipali fl-Unjoni għandhom l-istess kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta bħala l-impriża prinċipali tagħhom, u waħda minn dawk l-impriżi tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, l-awtorità superviżorja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata f’dak l-Istat Membru,
(iii)
fejn il-grupp huwa mmexxi minn aktar minn kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta waħda b’uffiċċju prinċipali fi Stati Membri differenti u hemm impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni f’kull wieħed minn dawk l-Istati Membri, l-awtorità superviżorja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ,
(iv)
fejn aktar minn impriża waħda tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni b’uffiċċju prinċipali fl-Unjoni għandhom l-istess kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta bħala l-impriża prinċipali tagħhom, u l-ebda minn dawk l-impriżi ma tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, l-awtorità superviżorja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ, jew
(v)
fejn il-grupp huwa grupp mingħajr impriża prinċipali, jew fi kwalunkwe ċirkostanza mhux imsemmija fil-punti (i) sa (iv), l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|