+Artikolu 247 Superviżur tal-Grupp
---+Artikolu 247 1.
---+Artikolu 247 2.
---+Artikolu 247 3.
---+Artikolu 247 4.
---+Artikolu 247 5.
---+Artikolu 247 6.
---+Artikolu 247 7.
---+Artikolu 247 8.

Artikolu 247 Superviżur tal-Grupp

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 247 1.
Superviżur wieħed, responsabbli mill-koordinazzjoni u t-twettiq tas-superviżjoni tal-grupp (superviżur tal-grupp), għandu jinħatar minn fost l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri kkonċernati.
Artikolu 247 2.

Fejn l-istess awtorità superviżorja hija responsabbli mill-impriża tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni kollha fi grupp, il-ħidma tas-superviżur tal-grupp għandha titwettaq mill-awtorità superviżorja.

Fil-każijiet l-oħra kollha suġġetti għall-paragrafu 3, il-ħidma tas-superviżur tal-grupp għandha titwettaq:

(a) 

fejn grupp huwa mmexxi minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, mill-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża;

▼M1

(b) 

fejn grupp m’huwiex immexxi minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, mill-awtorità superviżorja li ġejja:

(i) 

fejn l-impriża prinċipali ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni hija kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta, mill-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni,

(ii) 

fejn aktar minn impriża waħda tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni b’uffiċċju prinċipali fl-Unjoni għandhom l-istess kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta bħala l-impriża prinċipali tagħhom, u waħda minn dawk l-impriżi tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, l-awtorità superviżorja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni awtorizzata f’dak l-Istat Membru,

(iii) 

fejn il-grupp huwa mmexxi minn aktar minn kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta waħda b’uffiċċju prinċipali fi Stati Membri differenti u hemm impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni f’kull wieħed minn dawk l-Istati Membri, l-awtorità superviżorja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ,

(iv) 

fejn aktar minn impriża waħda tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni b’uffiċċju prinċipali fl-Unjoni għandhom l-istess kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta bħala l-impriża prinċipali tagħhom, u l-ebda minn dawk l-impriżi ma tkun ġiet awtorizzata fl-Istat Membru li fih il-kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew il-kumpannija holding finanzjarja mħallta għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha, l-awtorità superviżorja tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ, jew

(v) 

fejn il-grupp huwa grupp mingħajr impriża prinċipali, jew fi kwalunkwe ċirkostanza mhux imsemmija fil-punti (i) sa (iv), l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni bl-akbar total fil-karta tal-bilanċ.

Artikolu 247 3.
F'każijiet partikolari, l-awtoritajiet superviżorji konċernati jistgħu, wara talba minn kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet superviżorji l-oħrajn, jieħdu deċiżjoni konġunta biex jidderogaw mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 2 meta l-applikazzjoni tagħhom ma tkunx xierqa, b'kunsiderazzjoni tal-istruttura tal-grupp u tal-importanza relattiva tal-attivitajiet tal-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni f'pajjiżi differenti, u jaħtru awtorità superviżorja differenti bħala superviżur tal-grupp.

Għal dak il-għan, kwalunkwe awtorità superviżorja konċernata tista' titlob li tinfetaħ diskussjoni dwar jekk il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 humiex xierqa. Din id-diskussjoni m'għandhiex isseħħ aktar spiss minn darba fis-sena.

L-awtoritajiet superviżorji konċernati għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu biex tintlaħaq deċiżjoni konġunta fir-rigward tal-għażla tas-superviżur tal-grupp fi żmien tliet xhur mit-talba għal diskussjoni. Qabel jieħdu d-deċiżjoni tagħhom, l-awtoritajiet superviżorji konċernati għandhom jagħtu l-opportunità lill-grupp sabiex jagħti l-fehma tiegħu.

Is-superviżur tal-grupp maħtur għandu jippreżenta d-deċiżjoni konġunta lill-grupp filwaqt li jagħti l-motivazzjonijiet sħaħ.

Artikolu 247 4.
Jekk, fi żmien il-perjodu ta' tliet xhur imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3, kwalunkwe awtorità superviżorja konċernata tkun irreferiet il-kwistjoni lill-AEAPX skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, l-awtoritajiet superviżorji konċernati għandhom jiddiferixxu d-deċiżjoni konġunta tagħhom u jistennew kwalunkwe deċiżjoni li l-AEAPX tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament, u għandhom jieħdu d-deċiżjoni konġunta tagħhom b'konformità mad-deċiżjoni tal-AEAPX. Dik id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi rikonoxxuta bħala determinanti u għandha tiġi applikata mill-awtoritajiet superviżorji konċernati. Il-perjodu ta' tliet xhur għandu jitqies bħala l-perjodu tal-konċiljazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 19(2) ta' dak ir-Regolament.
Artikolu 247 5.
L-AEAPX għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mir-riferiment skont il-paragrafu 4. Il-kwistjoni m'għandhiex tiġi riferuta lill-AEAPX wara t-tmiem tal-perjodu ta' tliet xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Is-superviżur tal-grupp maħtur għandu jippreżenta d-deċiżjoni konġunta lill-grupp u lill-kulleġġ tas-superviżuri filwaqt li jagħti l-motivazzjonijiet sħaħ.
Artikolu 247 6.
Fl-assenza ta' deċiżjoni konġunta, l-inkarigu ta' superviżur tal-grupp għandu jitwettaq mill-awtorità superviżorja identifikata skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 247 7.
L-AEAPX għandu jgħarraf lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, mill-inqas darba fis-sena, dwar kwalunkwe diffikultà ewlenija fir-rigward tal-applikazzjoni tal-paragrafi 2, 3 u 6.

Fl-eventwalità li tinħoloq kwalunkwe diffikultà kbira fl-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jispeċifikaw ulterjorment dawk il-kriterji.

Artikolu 247 8.
Fejn Stat Membru għandu aktar minn awtorità superviżorja waħda għas-superviżjoni prudenzjali ta’ impriżi tal-assigurazzjoni u ta’ impriżi tar-riassigurazzjoni, dak l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura l-koordinazzjoni bejn dawk l-awtoritajiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.