+Artikolu 249 Kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni bejn awtoritajiet superviżorji
---+Artikolu 249 1.
---+Artikolu 249 1a.
---+Artikolu 249 2.
---+Artikolu 249 3.
---+Artikolu 249 4.

Artikolu 249 Kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni bejn awtoritajiet superviżorji

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 249 1.

L-awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni tal-impriżi individwali tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni fi ħdan grupp u s-superviżur ta’ grupp għandhom jikkooperaw mill-qrib, b’mod partikulari f’każijiet fejn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni tintaqa’ ma’ diffikultajiet finanzjarji.

▼M5

Bil-għan li jiġi żgurat li l-awtoritajiet superviżorji, inkluż is-superviżur tal-grupp, ikollhom l-istess ammont ta' informazzjoni rilevanti disponibbli għalihom, bla ħsara għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, u irrispettivament minn jekk humiex stabbiliti fl-istess Stat Membru, huma għandhom jipprovdu lil xulxin informazzjoni bħal din sabiex tkun tista' tippermetti u tiffaċilita t-twettiq tal-kompiti superviżorji tal-awtoritajiet l-oħra skont din id-Direttiva. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet superviżorji konċernati u s-superviżur tal-grupp għandhom jikkomunikaw ma' xulxin mingħajr dewmien l-informazzjoni rilevanti kollha malli din tkun disponibbli, jew jagħmlu skambju ta' informazzjoni meta jintalbu. L-informazzjoni msemmija f'dan is-subparagrafu tinkludi, iżda mhijiex limitata għal, informazzjoni dwar azzjonijiet tal-grupp u tal-awtoritajiet superviżuri, u informazzjoni pprovduta mill-grupp.

▼M1

Is-superviżur tal-grupp għandu jipprovdi lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u l- AEAPX bl-informazzjoni dwar il-grupp, f’konformità mal-Artikolu 19, l-Artikolu 51(1) u l-Artikolu 254(2), b’mod partikulari fir-rigward tal-istruttura ġuridika u l-istruttura ta’ governanza u organizzattiva tal-grupp.

Artikolu 249 1a.
Meta awtorità superviżorja ma tkunx ikkomunikat informazzjoni rilevanti jew talba għall-kooperazzjoni, partikolarment għall-iskambju ta' informazzjoni rilevanti, tkun ġiet rifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien ġimagħtejn, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jirreferu l-kwistjoni lill-AEAPX.

Meta l-kwistjoni tkun riferuta lilha, l-AEAPX tista', bla preġudizzju għall-Artikolu 258 TFUE, taġixxi skont is-setgħat konferiti lilha permezz tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 249 2.

L-awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni tal-kumpaniji individwali tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni fi grupp u s-superviżur tal-grupp għandhom kull wieħed isejħu minnufih għal laqgħa lill-awtoritajiet superviżuri kollha involuti fis-superviżjoni tal-grupp f’mill-inqas dawn iċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a) 

fejn jsiru jafu bi ksur sinifikanti ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ jew tal-Kapital Minimu Rekwiżit ta’ impriża individwali tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;

(b) 

fejn isiru jafu bi ksur sinifikanti ►C4  tar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ◄ fil-livell tal-grupp ikkalkulat fuq il-bażi ta’ data kkonsolidata jew ►C4  ir-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza ta' grupp aggregat ◄ , b’konformità ma’ kwalunkwe metodu ta’ kalkolu jintuża f’ konformita’ mat-Titlu III, Kapitolu II, Taqsima I, Subtaqsima 4;

(ċ) 

fejn jiġru jew ikunu ġraw ċirkustanzi oħrajn eċċezzjonali.

Artikolu 249 3.

Sabiex tiżgura l-armonizzazzjoni konsistenti fir-rigward tal-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji, l-AEAPX għandha, bla ħsara għall-Artikolu 301b, tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:

(a) 

l-entrati li għandhom jinġabru, fuq bażi sistematika, mis-superviżur tal-grupp u jitqassmu lill-awtorijtajiet l-oħra superviżorji konċernati jew li għandhom jiġu trażmessi lis-superviżur tal-grupp min-naħa tal-awtoritajiet superviżorji l-oħra konċernati;

(b) 

l-entrati essenzjali jew rilevanti għas-superviżjoni f'livell ta' grupp bl-għan li tittejjeb il-konverġenza tar-rappurtar superviżorju.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

Artikolu 249 4.
Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni fir-rigward tal-koordinazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri u l-mudelli għall-preżentazzjoni ta' informazzjoni lis-superviżur tal-grupp kif ukoll il-proċedura għall-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji kif stabbilit f'dan l-Artikolu.

L-AEAPX għandha tissottometti dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Settembru 2015.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.