|
+Artikolu 255 1. |
Artikolu 255 1.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet superviżorji tagħhom jistgħu jwettqu fit-territorju tagħhom, jew direttament jew permezz tal-intermedjarju ta’ persuni li jqabbdu għal dak l-għan, il-verifika fuq il-post tat-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 254 fi kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(a)
l-impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni suġġetta għal superviżjoni tal-grupp;
(b)
l-impriżi relatati ta’ dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;
(ċ)
l-impriżi prinċipali ta’ dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;
(d)
l-impriżi relatati ta’ impriża prinċipali ta’ dik l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|