+Artikolu 256 Ir-rapport dwar►C4is-solvenza◄tal-grupp u l-kondizzjoni finanzjarja
---+Artikolu 256 1.
---+Artikolu 256 2.
---+Artikolu 256 3.
---+Artikolu 256 4.
---+Artikolu 256 5.
|
Artikolu 256 Ir-rapport dwar►C4is-solvenza◄tal-grupp u l-kondizzjoni finanzjarja
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 256 1.
|
L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni parteċipanti, il-kumpanniji holding tal-assigurazzjoni u l-kumpanniji holding finanzjarji mħallta biex jiżvelaw pubblikament, fuq bażi annwali, rapport dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja fil-livell tal-grupp. L-Artikoli 51, 53, 54 u 55 għandhom japplikaw mutatis mutandis.
|
|
Artikolu 256 2.
|
Impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni parteċipanti, kumpannija holding tal-assigurazzjoni jew kumpannija holding finanzjarja mħallta tista’, soġġetta għall-kunsens tas-superviżur tal-grupp, tipprovdi rapport wieħed dwar is-solvenza u l-kundizzjoni finanzjarja tagħha li għandu jinkludi dan li ġej:
(a)
l-informazzjoni fil-livell tal-grupp li trid tiġi żvelata f’konformità mal-paragrafu 1;
(b)
l-informazzjoni għal kwalunkwe waħda mis-sussidjarji fi ħdan il-grupp, liema informazzjoni trid tkun identifikabbli b’mod individwali u tiġi żvelata hija f’konformità mal-Artikoli 51, 53, 54 u 55.
Qabel jagħti kunsens f’konformità mal-ewwel subparagrafu, is-superviżur tal-grupp għandu jikkonsulta u jieħu kont b’mod debitu ta’ kwalunkwe fehma u riżerva tal-membri tal-kulleġġ tas-superviżuri.
|
|
Artikolu 256 3.
|
Fejn ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 2 jonqos milli jinkludi informazzjoni li l-awtorità superviżorja li tkun awtorizzat sussidjarja fi ħdan il-grupp teħtieġ li impriżi paragunabbli jipprovdu, u fejn l-ommissjoni tkun materjali, l-awtorità superviżorja kkonċernata għandha jkollha s-setgħa li tirrikjedi lis-sussidjarja konċernata biex tiżvela l-informazzjoni addizzjonali neċessarja.
|
|
Artikolu 256 4.
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 301a li jispeċifikaw aktar l-informazzjoni li għandha tiġi divulgata u l-iskadenzi għad-divulgazzjoni annwali tal-informazzjoni fir-rigward tar-rapport singolu dwar is-solvenza u s-sitwazzjoni finanzjarja f'konformità mal-paragrafu 2 u r-rapport dwar is-solvenza u r-rapport dwar is-sitwazzjoni finanzjarja fil-livell tal-grupp f'konformità mal-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 256 5.
|
Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni fir-rigward tar-rapport singolu dwar is-solvenza u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-grupp, l-AEAPX għandha tiżviluppa abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni dwar il-proċeduri u l-mudelli u l-mezzi għall-iżvelar tar-rapport dwar is-solvenza u s-sitwazzjoni finanzjarja singola u tal-grupp kif stabbilit f'dan l-Artikolu. L-AEAPX għandha tissottometti dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sat-30 ta' Ġunju 2015. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.01.2027 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0138
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|